Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0104

    Kawża T-104/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Dermavita vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali JUVÉDERM – Użu ġenwin tat-trade mark – Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark – Użu li taħt il-forma tiegħu ġiet irreġistrata t-trade mark – Użu bil-kunsens tal-proprjetarju – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

    ĠU C 262, 10.8.2020, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.8.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 262/21


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ġunju 2020 – Dermavita vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM)

    (Kawża T-104/19) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali JUVÉDERM - Użu ġenwin tat-trade mark - Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark - Użu li taħt il-forma tiegħu ġiet irreġistrata t-trade mark - Użu bil-kunsens tal-proprjetarju - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

    (2020/C 262/28)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Dermavita Co. Ltd (Beyrouth, il-Libanu) (rappreżentant: G. Paricheva, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Zajfert, J. Crespo Carrillo, H. O’Neill u V. Ruzek, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Allergan Holdings France (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2018 (Każ R 2630/2017-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Dermavita u Allergan Holdings France.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Dermavita Co. Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

    3)

    Allergan Holdings France għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


    Top