EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0052

Kawża T-52/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – AH vs Eurofound (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal bil-kuntratt – Żvelar tad-data personali – Talba għal assistenza – Ċaħda tat-talba – Inkompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju – Att imħejji u ffirmat minn uffiċċju tal-avukati estern – Responsabbiltà – Dannu morali”)

ĠU C 431, 25.10.2021, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2021 – AH vs Eurofound

(Kawża T-52/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Żvelar tad-data personali - Talba għal assistenza - Ċaħda tat-talba - Inkompetenza tal-awtur tal-att li jikkawża preġudizzju - Att imħejji u ffirmat minn uffiċċju tal-avukati estern - Responsabbiltà - Dannu morali”)

(2021/C 431/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AH (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuti: Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (rappreżentanti: F. van Boven u M. Jepsen, aġenti, assistiti minn C. Callanan, solicitor)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tat-22 ta’ Marzu 2018, imħejjija u ffirmata minn uffiċċju tal-avukati estern, dwar talba għal assistenza tar-rikorrent fir-rigward tal-iżvelar tad-data personali tiegħu kif ukoll talba għad-danni u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali allegatament imġarrab minnu minħabba din id-deċiżjoni kif ukoll minħabba l-imsemmi żvelar.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-22 ta’ Marzu 2018, imħejjija u ffirmata minn uffiċċju tal-avukati estern, li tikkonċerna talba għal assistenza ta’ AH dwar l-iżvelar tad-data personali tiegħu, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax Xogħol (Eurofound) hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti minn AH.


(1)  ĠU C 112, 25.3.2019.


Top