Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0757

    Kawża C-757/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gericht Erster Instanz Eupen (il-Belġju) fil-15 ta’ Ottubru 2019 – ES vs Wallonische Region

    ĠU C 230, 13.7.2020, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 230/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gericht Erster Instanz Eupen (il-Belġju) fil-15 ta’ Ottubru 2019 – ES vs Wallonische Region

    (Kawża C-757/19)

    (2020/C 230/19)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Gericht Erster Instanz Eupen

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: ES

    Konvenut: Wallonische Region

    Permezz ta’ digriet tat-28 ta‘ Mejju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla) iddeċidiet li l-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li resident ta’ dan l-Istat Membru jista’ jinvoka deroga mill-obbligu ta’ reġistrazzjoni ta’ vetturi, fl-imsemmi Stat Membru, fir-rigward ta’ vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor u mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mill-kumpannija li tagħha huwa azzjonist u direttur u li hija stabbilita f’dan l-Istat Membru l-ieħor, fil-każ biss li d-dokumenti li jiċċertifikaw li l-individwu kkonċernat jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-deroga jkunu jinsabu b’mod permanenti abbord din il-vettura.


    Top