Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0274

    Kawża C-274/19 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2019 minn Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-22 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-198/17, EKETA vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 182, 27.5.2019, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 182/27


    Appell ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2019 minn Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-22 ta’ Jannar 2019 fil-Kawża T-198/17, EKETA vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-274/19 P)

    (2019/C 182/33)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Appellanti: Ethniko Kentro Erevnas kai Technologikis Anaptyxis (EKETA) (rappreżentanti: Vasileios Christianos, Dimitrios Karagounis, dikigori)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    1.

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 Jannar 2019 fil-Kawża Τ-198/17; (1)

    2.

    tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, sabiex din tiddeċiedi mill-ġdid;

    3.

    tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata u tqajjem l-aggravji li ġejjin:

    L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali naqset milli tagħti sentenza skont il-liġi u ma evalwatx il-provi kollha mressqa minn ΕΚΕΤΑ. Il-Qorti Ġenerali żnaturat ukoll il-fatti, hekk kif irriżultaw minn dawn il-provi, wettqet żball ta’ liġi dwar l-allokazzjoni tal-oneru tal-prova u kienet qed tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni tagħha.

    It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, billi interpretat ħażin il-kwistjoni dwar jekk kienx hemm riskju ta’ kunflitt ta’ interess.

    It-tielet aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, li hija kisret.


    (1)  ECLI:EU:T:2019:27.


    Top