This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0192
Case C-192/19: Request for a preliminary ruling from the Gerechtshof te Amsterdam (Netherlands) lodged on 27 February 2019 — Rensen Shipbuilding BV, other party: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane
Kawża C-192/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Frar 2019 — Rensen Shipbuilding BV, parti oħra: Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane
Kawża C-192/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Frar 2019 — Rensen Shipbuilding BV, parti oħra: Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane
ĠU C 164, 13.5.2019, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/27 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof te Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-27 ta’ Frar 2019 — Rensen Shipbuilding BV, parti oħra: Inspecteur van de Belastingdienst vs Douane
(Kawża C-192/19)
(2019/C 164/29)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof te Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rensen Shipbuilding BV
Parti oħra fil-proċedura: Inspecteur van de Belastingdienst/Douane
Domanda preliminari
In-Nota Addizzjonali 1 tal-Kapitolu 89 tan-Nomenklatura Magħquda tistabilixxi li taħt is-subintestaturi 89012010 u 89019010 intitolati “bastimenti għall-baħar” jaqgħu (b’mod partikolari) biss bastimenti ddisinjati għall-baħar. X’għandu jinftiehem, bit-terminu “għall-baħar”?