Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0086

    Kawża C-86/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2019 — SL vs Vueling Airlines S.A.

    ĠU C 164, 13.5.2019, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.5.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 164/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona (Spanja) fis-6 ta’ Frar 2019 — SL vs Vueling Airlines S.A.

    (Kawża C-86/19)

    (2019/C 164/21)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de lo Mercantil no 9 de Barcelona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: SL

    Konvenuta: Vueling Airlines S.A.

    Domanda preliminari

    Meta t-telf ta’ bagalja jkun ġie stabbilit, il-kumpannija tal-ajru għandha, dejjem u f’kull każ, tikkumpensa lill-passiġġier sal-limitu massimu ta’ kumpens ta’ SDR 1 131, fil-każ tas-sitwazzjoni l-iktar serja fost dawk previsti fl-Artikolu 17(2) u fl-Artikolu 22(2) tal-Kovenzjoni ta’ Montreal tat-28 ta’ Mejju 1999, jew dan huwa limitu massimu ta’ kumpens li jista’ jiġi aġġustat mill-qorti, inkluż fil-każ tat-telf tal-bagalja, skont iċ-ċirkustanzi li fihom seħħ it-telf, b’tali mod li l-ammont ta’ SDR 1 131 jingħata biss jekk il-passiġġier jistabbilixxi, b’kull mod permess mil-liġi, li l-valur tal-oġġetti u tal-beni personali li huwa kellu fil-bagalja rreġistrata kif ukoll ta’ dawk li huwa kellu jixtri sabiex jissostitwixxihom kien jilħaq dan il-limitu, jew, fin-nuqqas ta’ dawn l-elementi, il-qorti tista’ wkoll tieħu inkunsiderazzjoni kriterji oħra, bħal, pereżempju, in-numru ta’ kilos li kienet tiżen il-bagalja jew jekk il-bagalja ntilfitx fil-vjaġġ ta’ tluq jew f’dak ta’ ritorn, sabiex jiġi evalwat id-dannu morali kkawżat lill-passiġġier li jirriżulta mill-inkonvenjenzi kkawżati mit-telf tal-bagalja tiegħu?


    Top