This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0079
Case C-79/19 P: Appeal brought on 1 February 2019 by the Republic of Lithuania against the judgment of the General Court (Fourth Chamber) delivered on 22 November 2018 in Case T-508/15 Republic of Lithuania v European Commission
Kawża C-79/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2019 mir-Repubblika tal-Litwanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-22 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-508/15, Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża C-79/19 P: Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2019 mir-Repubblika tal-Litwanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-22 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-508/15, Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 131, 8.4.2019, p. 26–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/26 |
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2019 mir-Repubblika tal-Litwanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fit-22 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-508/15, Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-79/19 P)
(2019/C 131/32)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Appellanti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentant: R. Krasuckaitė)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-508/15 (1) (“is-sentenza appellata”) sa fejn, f’dik is-sentenza, il-Qorti Ġenerali ċaħdet azzjoni għal annullament tad-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015; |
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 (2) jew tirrinvija s-sentenza appellata lura lill-Qorti Ġenerali għal stħarriġ mill-ġdid; |
— |
tordna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Ir-Repubblika tal-Litwanja titlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-508/15 fuq il-bażi legali segwenti:
(1) |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat, fil-punt 83 tas-sentenza appellata, li d-deroga prevista fl-Artikolu 33m(1) tar-Regolament Nru 1257/1999 (3) tirrigwarda biss l-età tal-persuni li jitrasferixxu r-razzett, peress li dik id-dispożizzjoni hija relatata b’mod ċar mal-kwota tal-ħalib bħala prova tal-produzzjoni agrikola kummerċjali. |
(2) |
Il-Qorti Ġenerali żnaturat ukoll il-fatti fil-punti 74 sa 79 tas-sentenza appellata, billi kkonkludiet li l-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja naqas li juri li jkollok kwota tal-ħalib kien ifisser li r-rikorrent kien impenjat fil-produzzjoni agrikola kummerċjali, fatt li essenzjalment ma kienx jikkorrispondi mad-dokumenti tal-kawża ppreżentati lilha. |
(1) Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (ir-Raba’ Awla) tat-22 ta’ Novembru 2018, iIr-Repubbika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni, T-508/15 (EU:T:2018:828).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 391).