Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0055

    Kawża C-55/19 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Prosegur Compañía de Seguridad, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-406/11, Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 112, 25.3.2019, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/34


    Appell ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2019 minn Prosegur Compañía de Seguridad, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fil-15 ta’ Novembru 2018 fil-Kawża T-406/11, Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni

    (Kawża C-55/19 P)

    (2019/C 112/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Appellanti: Prosegur Compañía de Seguridad, S.A. (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero, A. Lamadrid de Pablo, abogados)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Novembru 2018;

    tilqa’ r-rikors għal annullament u tannulla definittivament id-deċiżjoni kkontestata; u

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Fil-15 ta’ Novembru 2018, il-Qorti Ġenerali tat sentenza fil-Kawża T-406/11, Prosegur Compañía de Seguridad, S.A. vs Il-Kummissjoni Ewropea (1), li kontriha huwa indirizzat dan l-appell. Is-sentenza ċaħdet ir-rikors tal-appellant kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Jannar 2011 (2), dwar l-“avvjament finanzjarju” irregolat fl-Artikolu 12.5 tal-Ley de Impuesto sobre Sociedades (il-Liġi Spanjola dwar it-Taxxa fuq il-Kumpanniji).

    Insostenn tar-rikors tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju uniku, dwar żbalji ta’ liġi li fiha s-sentenza appellata fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, fir-rigward tal-kunċett ta’ “selettività”.

    B’mod partikolari, l-appell jallega li s-sentenza appellata wettqet żball:

    fid-determinazzjoni tas-sistema ta’ riferiment fl-ewwel fażi tal-analiżi tas-selettività;

    fid-determinazzjoni tal-għan li abbażi tiegħu jitqabblu d-diversi sitwazzjonijiet ta’ fatt u ta’ liġi fit-tieni fażi tal-analiżi tas-selettività;

    konsegwentement, hija wettqet ukoll żball fl-attribuzzjoni tal-oneru tal-prova u fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità;

    sussidjarjament, fl-analiżi tagħha fir-rigward tal-allegata assenza ta’ prova tal-kawżalità bejn l-impossibbiltà tal-impriżi li jamalgamaw barra l-pajjiż u l-akkwist ta’ ishma barra l-pajjiż; u

    sussidjarjament, meta eskludiet is-separabbiltà tal-miżura abbażi tal-perċentwali ta’ kontroll.

    Flimkien maż-żamma ta’ raġunament ġuridikament inkorrett, is-sentenza tissostitwixxi f’diversi minn dawn il-punti r-raġunament tad-deċiżjoni b’raġunament tagħha, u b’hekk twassal għal żbalji addizzjonali ta’ liġi.


    (1)  Sentenza tal-15 ta’ Novembru 2018, Prosegur Compañía de Seguridad vs Il-Kummissjoni (T-406/11, mhux ippubblikata, EU:T:2018:793).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/282/UE tat-12 ta’ Jannar 2011 dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin Nru C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 135, p. 1)


    Top