This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0032
Case C-32/19: Request for a preliminary ruling from the Oberster Gerichtshof (Austria) lodged on 18 January 2019 — AT v Pensionsversicherungsanstalt
Kawża C-32/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2019 — AT vs Pensionsversicherungsanstalt
Kawża C-32/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2019 — AT vs Pensionsversicherungsanstalt
ĠU C 131, 8.4.2019, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 131/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2019 — AT vs Pensionsversicherungsanstalt
(Kawża C-32/19)
(2019/C 131/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AT
Konvenuta: Pensionsversicherungsanstalt
Domandi preliminari
1. |
L-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini ta’ l-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2004/38”), għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jiksbu dritt ta’ residenza permanenti qabel ma jiddekorri perijodu ta’ ħames snin ta’ residenza, il-ħaddiema li, fil-mument li fih iwaqqfu l-attività tagħhom, ikunu laħqu l-età prevista mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru tal-attività sabiex ikunu jistgħu jinvokaw id-drittijiet tagħhom għal pensjoni tax-xjuħija, għandhom ikunu eżerċitaw l-attività tagħhom għal mill-inqas it-tnax-il xahar preċedenti u għandhom ikunu rrisjedew fl-Istat Membru ta’ attività mingħajr interruzzjoni għal mill-inqas tliet snin? |
2. |
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: Il-ħaddiema jistgħu jkunu intitolati għad-dritt ta’ residenza permanenti taħt l-ewwel alternattiva tal-Artikolu 17(1)(a) tad-Direttiva 2004/38 meta huma jibdew attività fi Stat Membru ieħor f’mument li fih huwa prevedibbli li huma ser ikunu jistgħu jeżerċitaw l-attività tagħhom biss għal perijodu relattivament qasir qabel ma jilħqu l-età legali tal-irtirar u li ser ikunu, f’kull każ, minħabba d-dħul baxx tagħhom, dipendenti fuq l-għajnuna soċjali tal-Istat Membru ospitanti wara li jkunu waqqfu l-attività tagħhom? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46.