EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CN0014

Kawża C-14/19 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2019 miċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-25 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-286/15, KF vs SatCen

ĠU C 164, 13.5.2019, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/8


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2019 miċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla Estiża) fil-25 ta’ Ottubru 2018 fil-Kawża T-286/15, KF vs SatCen

(Kawża C-14/19 P)

(2019/C 164/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SATCEN) (rappreżentant: A. Guillerme, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: KF, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, SATCEN jinvoka l-aggravji li jmiss:

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li kellha ġurisdizzjoni sabiex tagħti deċiżjoni dwar il-kapi ta’ talbiet tar-rikorrenti f’dik il-kawża, peress li hija ma eżaminatx jekk il-kriterji li fuqhom hija bbażata l-ġurisdizzjoni tagħha kinux issodisfatti, minn naħa, u hija wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, min-naħa l-oħra;

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li kellha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi t-tilwima abbażi tal-Artikoli 263 u 268 TFUE;

il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti meta eżaminat it-talbiet ta’ KF fir-rigward tal-andament tal-investigazzjoni amministrattiva;

il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal tas-SATCEN, kif ukoll tal-kunċett tad-drittijiet tad-difiża.


Top