This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0011
Case C-11/19: Request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato (Italy) lodged on 7 January 2019 — Azienda ULSS No 6 Euganea v Pia Opera Croce Verde Padova
Kawża C-11/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-7 ta’ Jannar 2019 — Azienda ULSS n. 6 Euganea vs Pia Opera Croce Verde Padova
Kawża C-11/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-7 ta’ Jannar 2019 — Azienda ULSS n. 6 Euganea vs Pia Opera Croce Verde Padova
ĠU C 164, 13.5.2019, p. 7–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
13.5.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 164/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-7 ta’ Jannar 2019 — Azienda ULSS n. 6 Euganea vs Pia Opera Croce Verde Padova
(Kawża C-11/19)
(2019/C 164/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Azienda ULSS n. 6 Euganea
Konvenuta: Pia Opera Croce Verde Padova
Domandi preliminari
1) |
Fil-każ fejn iż-żewġ partijiet ikkonċernati jkunu organi pubbliċi, il-premessa 28, l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE (1), jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 5 flimkien mal-Artikoli 1, 2, 3, u 4 tal-Liġi Reġjonali tal-Veneto Nru 26/2012, abbażi tas-sħubija pubblika-pubblika, prevista fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 5(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016 u fl-Artikolu 15 tal-Liġi Nru 241/1990? |
2) |
Fil-każ fejn iż-żewġ partijiet ikkonċernati jkunu organi pubbliċi, il-premessa 28, l-Artikolu 10 u l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE jipprekludu l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Liġi Reġjonali tal-Veneto Nru 26/2012, abbażi tas-sħubija pubblika-pubblika prevista fl-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2014/24/UE, u fl-Artikolu 5(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50/2016 u fl-Artikolu 15 tal-Liġi Nru 241/1990, biss fis-sens li jobbligaw lill-awtorità kontraenti tipprovdi r-raġunijiet għall-għażla li tagħti s-servizz ordinarju tat-trasport mediku permezz ta’ sejħa għall-offerti, minflok ma tagħtih direttament permezz ta’ ftehim? |
(1) Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU 2014, L 94, p. 65 u rettifika fil-ĠU 2015 L 275, p. 68).