EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CJ0739
Judgment of the Court (First Chamber) of 10 March 2021.#VK v An Bord Pleanála.#Request for a preliminary ruling from the Supreme Court (Ireland).#Reference for a preliminary ruling – Lawyers’ freedom to provide services – Directive 77/249/EEC – Article 5 – Obligation for a visiting lawyer representing a client in domestic legal proceedings to work in conjunction with a lawyer who practises before the judicial authority in question – Limits.#Case C-739/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021.
VK vs An Bord Pleanála.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Supreme Court.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-avukati – Direttiva 77/249/KEE – Artikolu 5 – Obbligu għal avukat li jipprovdi servizzi u li jirrappreżenta klijent fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja nazzjonali li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita – Limiti.
Kawża C-739/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ Marzu 2021.
VK vs An Bord Pleanála.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Supreme Court.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-avukati – Direttiva 77/249/KEE – Artikolu 5 – Obbligu għal avukat li jipprovdi servizzi u li jirrappreżenta klijent fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja nazzjonali li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita – Limiti.
Kawża C-739/19.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2021:185
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
10 ta’ Marzu 2021 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-avukati – Direttiva 77/249/KEE – Artikolu 5 – Obbligu għal avukat li jipprovdi servizzi u li jirrappreżenta klijent fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja nazzjonali li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita – Limiti”
Fil-Kawża C‑739/19,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Supreme Court (il-Qorti Suprema, l-Irlanda), permezz ta’ deċiżjoni tal‑4 ta’ Ottubru 2019, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Ottubru 2019, fil-proċedura
VK
vs
An Bord Pleanála,
fil-preżenza ta’:
The General Council of the Bar of Ireland,
The Law Society of Ireland and the Attorney General,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn J.‑C. Bonichot, President tal-Awla, L. Bay Larsen (Relatur), C. Toader, M. Safjan u N. Jääskinen, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: P. Pikamäe,
Reġistratur: C. Ströholm, amministratriċi,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat‑23 ta’ Settembru 2020,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal VK, minn B. Ohlig, Rechtsanwältin, |
– |
għal The General Council of the Bar of Ireland, minn E. Gilson u D. Spring, solicitors, kif ukoll minn W. Abrahamson, barrister-at-law, u P. Leonard, SC, |
– |
għal The Law Society of Ireland and the Attorney General, minn C. Callanan u S. McLoughlin, solicitors, kif ukoll minn M. Collins, SC, |
– |
għall-Irlanda, minn M. Browne, G. Hodge, J. Quaney u A. Joyce, bħala aġenti, assistiti minn M. Gray u R. Mulcahy, SC, |
– |
għall-Gvern Spanjol, minn J. Rodríguez de la Rúa Puig, bħala aġent, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn H. Støvlbæk, L. Malferrari u L. Armati, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat‑3 ta’ Diċembru 2020,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill tat‑22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 52). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn VK u An Bord Pleanála (il-Bord tal-Appelli għall-Ippjanar), dwar l-obbligu impost fuq l-avukat li jipprovdi servizzi lir-rikorrent fil-kawża prinċipali li jaġixxi flimkien ma’ avukat lokali għall-finijiet tar-rappreżentanza ta’ dan ir-rikorrent quddiem il-qorti tar-rinviju. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 77/249 jistabbilixxi li: “1. Din id-Direttiva għandha tapplika, fil-limiti u taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fiha, għall-attivitajiet ta’ l-avukati mwettqa permezz tal-provvediment tas-servizzi. […] 2. ‘Avukat’ ifisser kull persuna intitolata li twettaq l-attivitajiet professjonali tagħha taħt waħda mit-titoli li ġejjin: […] il-Ġermanja: Rechtsanwalt, […]” |
4 |
L-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi li: “Għat-twettiq ta’ l-attivitajiet relatati mar-rappreżentazzjoni ta’ klijent fi proċeduri legali, Stat Membru jista’ jeħtieġ li avukati li għalihom japplika l-Artikolu 1:
|
Id-dritt Irlandiż
5 |
L-Artikolu 2(1) tal-European Communities (Freedom to Provide Services) (Lawyers) Regulations 1979 (ir-Regolament tal‑1979 (Libertà li Jiġu Pprovduti Servizzi) (Avukati), iktar ’il quddiem ir-“Regolament tal-1979”), li ttraspona d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 77/249 fid-dritt Irlandiż, jiddefinixxi l-“avukat li jipprovdi servizzi” (visiting lawyer) billi jirreferi għal-lista li tinsab fl-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 77/249. |
6 |
L-Artikolu 6 tar-Regolament tal‑1979 jistabbilixxi li: “Meta avukat li jipprovdi servizzi jwettaq, fit-territorju tal-Istat, attivitajiet relatati mar-rappreżentanza u mad-difiża ta’ klijent fil-qorti, huwa għandu jaġixxi flimkien ma’ avukat awtorizzat li jipprattika quddiem il-qorti adita u li jkun responsabbli, jekk ikun il-każ, fir-rigward ta’ dik il-qorti.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
7 |
VK huwa involut fi proċeduri ta’ appell quddiem is-Supreme Court (il-Qorti Suprema, l-Irlanda) dwar id-determinazzjoni ta’ min għandu jbati l-ispejjeż tal-proċedura ġudizzjarja dwar il-permess maħruġ għall-kostruzzjoni, fil-viċinanzi tar-razzett tiegħu, ta’ stabbiliment ta’ spezzjoni għal annimali misjuba mejta. |
8 |
Ir-rinviju preżenti huwa parti minn tilwima li diġà kienet is-suġġett ta’ rinviju għal deċiżjoni preliminari mis-Supreme Court (il-Qorti Suprema) li, sussegwentement, ta lok għas-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2018, Klohn (C‑167/17, EU:C:2018:833). |
9 |
Quddiem is-Supreme Court (il-Qorti Suprema), VK kien iddeċieda li jiżgura huwa stess id-difiża tiegħu. |
10 |
Quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, huwa kien irrappreżentat mis-Sinjura O., Rechtsanwältin (avukata) stabbilita fil-Ġermanja. |
11 |
Wara s-sentenza tas‑17 ta’ Ottubru 2018, Klohn (C‑167/17, EU:C:2018:833), il-kawża ntbagħtet lura quddiem is-Supreme Court (il-Qorti Suprema) sabiex din tal-aħħar tiddeċiedi fuq l-appell imressaq minn VK, fid-dawl tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt tal-Unjoni li rriżultaw minn din is-sentenza. |
12 |
Huwa f’dan il-kuntest li VK xtaq jinkariga lis-Sinjura O., li ma hijiex stabbilita fl-Irlanda, sabiex tirrappreżenta l-interessi tiegħu quddiem is-Supreme Court (il-Qorti Suprema). |
13 |
Il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà mad-dritt tal-Unjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal‑1979 li jimponi fuq l-avukat li jipprovdi servizzi l-obbligu li jirrikorri għas-servizzi ta’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, inkluż fil-kuntest ta’ proċedura fejn parti għandha d-dritt li tiżgura hija stess id-difiża tagħha. |
14 |
B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar l-interpretazzjoni li għandha tingħata lis-sentenza tal‑25 ta’ Frar 1988, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (427/85, EU:C:1988:98), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja eżaminat id-dritt ta’ Stat Membru li jeżiġi li avukat li jipprovdi servizzi għandu jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita. Din il-qorti tistaqsi, essenzjalment, jekk l-interpretazzjoni adottata f’din is-sentenza tipprekludix l-impożizzjoni tal-obbligu għall-avukat li jipprovdi servizzi li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita fil-każijiet kollha fejn il-klijent tiegħu jkun, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, awtorizzat li jiżgura huwa stess id-difiża tiegħu. |
15 |
F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tindika li l-obbligu li jaġixxu “flimkien” huwa limitat. Għalhekk, ma huwiex neċessarju li l-avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita jkun l-avukat inkarigat jew l-avukat li jressaq il-kawża quddiem il-qorti. Għandu jitħalla f’idejn iż-żewġ avukati kkonċernati, jiġifieri l-avukat li jipprovdi servizzi u l-avukat awtorizzat li jipprattika quddiem il-qorti Irlandiża adita, il-kompitu li jiddefinixxu r-rwoli preċiżi ta’ xulxin. Ir-rwol tal-avukat awtorizzat li jipprattika quddiem il-qorti adita jikkonsisti b’mod ġenerali sabiex jassisti lill-avukat li jipprovdi servizzi fl-ipoteżi fejn rappreżentanza adegwata tal-klijent u l-eżekuzzjoni korretta tal-obbligi fir-rigward tal-qorti adita jkunu jirrikjedu għarfien jew pariri fir-rigward tad-dritt, tal-prattika u tal-proċedura, kif ukoll tal-etika professjonali applikabbli fuq livell nazzjonali. Għalhekk, il-portata ta’ din il-kooperazzjoni tiddependi ħafna miċ-ċirkustanzi ta’ kull każ individwali, billi huwa mifhum li jkun hemm riskju reali li avukat li jipprovdi servizzi jonqos, b’mod involontarju, li jissodisfa l-obbligi tiegħu fir-rigward tal-klijent tiegħu jew tal-qorti adita fl-assenza ta’ assistenza, f’ċerti oqsma, ta’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita. |
16 |
Fl-aħħar nett, il-qorti tar-rinviju tosserva li wieħed mill-obbligi etiċi professjonali li għandhom jiġu osservati minn kull avukat li jirrappreżenta parti quddiem il-qrati Irlandiżi huwa l-obbligu li ssir riċerka fl-oqsma rilevanti kollha tad-dritt u li tinġibed l-attenzjoni tal-qorti adita fuq kwalunkwe element legali, leġiżlattiv jew ġurisprudenzjali, li jista’ jkollu effett fuq l-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura. Dan l-obbligu japplika anki fil-każ fejn dawn l-elementi jkunu sfavorevoli għall-kawża mressqa mill-avukat inkwistjoni. Huwa jikkostitwixxi karatteristika tal-proċeduri fil-pajjiżi tal-common law fejn ħafna mir-riċerka meħtieġa sabiex il-qorti tiddeċiedi fuq il-kwistjonijiet ta’ dritt imressqa quddiemha titwettaq mill-partijiet iktar milli mill-qorti stess. Is-sitwazzjoni tkun differenti biss fil-każ li dawn tal-aħħar jiżguraw huma stess id-difiża tagħhom. F’dan il-każ, il-qrati għandhom jieħdu ħsieb, huma stess, it-trattament tal-kwistjonijiet legali. |
17 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi is-Supreme Court (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
18 |
Permezz tad-domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/249 għandux, fid-dawl tal-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li avukat, fornitur ta’ servizzi ta’ rappreżentanza tal-klijent tiegħu, ikollu l-obbligu li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita u li jkun responsabbli, jekk ikun hemm lok, fir-rigward ta’ din il-qorti, fil-kuntest ta’ sistema li timponi fuq l-avukati obbligi ta’ etika professjonali u proċedurali bħal dawk li jissottomettu lill-qorti adita kull element legali, leġiżlattiv jew ġurisprudenzjali, għall-finijiet tal-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura, li minnu l-parti fil-kawża tkun eżenti jekk tiddeċiedi li tiżgura hija stess id-difiża tagħha. |
19 |
Għandu jitfakkar li d-Direttiva 77/249, li tinkludi miżuri intiżi sabiex jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-attivitajiet ta’ avukat li jipprovdi servizzi, għandha tiġi interpretata, b’mod partikolari, fid-dawl tal-Artikolu 56 TFUE, li jipprojbixxi kull restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li jimplika l-eliminazzjoni ta’ kull diskriminazzjoni kontra l-fornitur minħabba n-nazzjonalità tiegħu jew minħabba l-fatt li huwa stabbilit fi Stat Membru differenti minn dak fejn għandu jiġi pprovdut is-servizz (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Frar 1988, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, 427/85, EU:C:1988:98, punti 11 u 13). |
20 |
Issa, għandu jiġi osservat li l-obbligu, impost minn leġiżlazzjoni nazzjonali, li wieħed jaġixxi flimkien ma’ avukat nazzjonali jikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi mill-avukati ta’ Stati Membri oħra sa fejn dan jimplika li l-individwu li jkun jixtieq jagħmel użu minn avukat stabbilit fi Stat Membru ieħor ikollu jbati spejjeż addizzjonali meta mqabbel ma’ dak li jiddeċiedi li jirrikorri għas-servizzi ta’ avukat stabbilit fl-Istat Membru tal-proċedura kkonċernata. |
21 |
Id-Direttiva 77/249 għandha tiġi interpretata wkoll fid-dawl tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 57 TFUE, li minnu l-Qorti tal-Ġustizzja ddeduċiet li, fid-dawl tan-natura partikolari ta’ ċerti provvisti ta’ servizzi, ir-rekwiżiti speċifiċi imposti fuq il-fornitur li jkunu motivati mill-applikazzjoni tar-regoli li jirregolaw dawn it-tipi ta’ attivitajiet ma jistgħux jitqiesu li huma inkompatibbli mat-Trattat FUE, iżda li l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, bħala prinċipju fundamentali tat-Trattat FUE, tista’ tiġi limitata biss minn leġiżlazzjonijiet iġġustifikati mill-interess ġenerali u li huma imposti fuq kull persuna li teżerċita attività fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti, sa fejn dan l-interess ma jkunx issalvagwardjat mir-regoli li għalihom il-fornitur huwa suġġett fl-Istat Membru fejn huwa stabbilit (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Frar 1988, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, 427/85, EU:C:1988:98, punt 12). |
22 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, minn naħa, il-protezzjoni tal-konsumaturi, b’mod partikolari tad-destinatarji ta’ servizzi ġuridiċi pprovduti minn professjonisti legali, u, min-naħa l-oħra, l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja huma għanijiet inklużi fost dawk li jistgħu jitqiesu li huma raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali li jistgħu jiġġustifikaw restrizzjoni għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (sentenza tat‑18 ta’ Mejju 2017, Lahorgue, C‑99/16, EU:C:2017:391, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
23 |
F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-leġiżlazzjoni Irlandiża kkonċernata hija intiża sabiex tipproteġi l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja kif ukoll il-protezzjoni tal-parti fil-kawża bħala konsumatur. |
24 |
Jeħtieġ ukoll li l-miżuri li jillimitaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jkunu adegwati sabiex jiggarantixxu t-twettiq tal-għan imfittex minnhom u li ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan l-għan jintlaħaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑18 ta’ Mejju 2017, Lahorgue, C‑99/16, EU:C:2017:391, punt 31). |
25 |
Fis-sentenza tal‑25 ta’ Frar 1988, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (427/85, EU:C:1988:98), il-Qorti tal-Ġustizzja, fl-ewwel lok, osservat, fil-punt 13 tagħha, li, fit-tilwim li għalih il-leġiżlazzjoni Ġermaniża ma kinitx timponi l-assistenza obbligatorja ta’ avukat, il-partijiet setgħu jiżguraw huma stess id-difiża tagħhom quddiem qorti u li, għall-istess tilwim, il-leġiżlazzjoni Ġermaniża kienet tippermetti wkoll li din id-difiża tiġi fdata lil persuna li la kienet avukat u lanqas speċjalizzata, peress li din ma kinitx qiegħda taġixxi f’kapaċità professjonali. Fit-tieni lok, hija kkonstatat, fil-punti 14 u 15 ta’ din is-sentenza, li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher li ebda kunsiderazzjoni ta’ interess ġenerali ma setgħet tiġġustifika, għal dak li jirrigwarda l-azzjonijiet ġudizzjarji li għalihom l-assistenza obbligatorja minn avukat ma kinitx meħtieġa, l-obbligu impost fuq avukat iskritt ma’ kamra tal-avukati ta’ Stat Membru ieħor, li jipprovdi s-servizzi tiegħu f’kapaċità professjonali, li jaġixxi flimkien ma’ avukat Ġermaniż. Konsegwentement, sa fejn il-leġiżlazzjoni Ġermaniża kienet timponi, f’tali tilwim, fuq l-avukat li jipprovdi servizzi l-obbligu li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li din kienet tmur kontra d-Direttiva 77/249 u l-Artikoli 59 u 60 tat-Trattat KEE, li saru l-Artikoli 56 u 57 tat-Trattat FUE. |
26 |
Bl-istess mod, fis-sentenza tal‑10 ta’ Lulju 1991, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑294/89, EU:C:1991:302), il-Qorti tal-Ġustizzja osservat, fil-punt 18 tagħha, li, għal ċerti proċeduri li jiżvolġu quddiem il-qrati, il-leġiżlazzjoni Franċiża ma kinitx teżiġi li l-partijiet jiġu assistiti minn avukat u li din kienet tippermetti, għall-kuntrarju, li l-partijiet jiżguraw huma stess id-difiża tagħhom jew, fir-rigward tal-proċeduri quddiem il-qrati kummerċjali, li jkunu assistiti u rrappreżentati minn persuna li ma kinitx avukat, iżda li kellha mandat speċjali. Sussegwentement, hija kkonstatat, fil-punt 19 ta’ din is-sentenza, li, konsegwentement, l-avukat li jipprovdi servizzi ma setax ikun obbligat jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita, fil-kuntest ta’ azzjonijiet ġudizzjarji li għalihom il-leġiżlazzjoni Franċiża ma kinitx teżiġi l-assistenza obbligatorja ta’ avukat. |
27 |
Issa, għandu jiġi enfasizzat li, minkejja li fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi tal‑25 ta’ Frar 1988, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (427/85, EU:C:1988:98) u tal‑10 ta’ Lulju 1991, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑294/89, EU:C:1991:302) il-leġiżlazzjoni nazzjonali kienet tippermetti li l-partijiet, bħal fil-kawża prinċipali, jiżguraw huma stess id-difiża tagħhom, l-obbligi imposti, rispettivament, fuq il-partijiet u fuq il-qorti għal dak li jikkonċerna l-identifikazzjoni tar-regoli ġuridiċi rilevanti kienu, kuntrarjament għal dawk applikabbli fil-kawża prinċipali, l-istess, kemm jekk il-parti tiżgura hija stess id-difiża tagħha kif ukoll jekk tkun assistita minn avukat. |
28 |
Konsegwentement, huwa fil-kuntest speċifiku tal-kawżi li wasslu għas-sentenzi msemmija fil-punt preċedenti li għandhom jinqraw il-punt 13 tas-sentenza tat‑25 ta’ Frar 1988, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (427/85, EU:C:1988:98) u l-punt 17 tas-sentenza tal‑10 ta’ Lulju 1991, Il-Kummissjoni vs Franza (C‑294/89, EU:C:1991:302), li jgħidu li l-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/249 ma jistax ikollu l-effett li jissuġġetta l-avukat li jipprovdi servizzi għal rekwiżiti li ma jkollhom ebda ekwivalenza fir-regoli professjonali li jkunu applikabbli fl-assenza ta’ kwalunkwe provvista ta’ servizzi, fis-sens tat-Trattat KEE, li sar it-Trattat FUE. |
29 |
Fil-fatt, kif jirriżulta b’mod partikolari mill-punt 16 ta’ din is-sentenza, l-obbligi li jaqgħu, rispettivament, fuq il-partijiet u fuq il-qorti għal dak li jikkonċerna l-identifikazzjoni tar-regoli ġuridiċi rilevanti waqt kawża quddiem il-qrati Irlandiżi ma humiex l-istess skont jekk il-parti tiżgurax hija stess id-difiża tagħha jew jekk hijiex irrappreżentata minn avukat. F’dan l-aħħar każ, huwa l-avukat li għandu, quddiem il-qrati Irlandiżi, jagħmel ħafna mir-riċerki ġuridiċi meħtieġa għall-iżvolġiment tajjeb tal-proċedura, filwaqt li dan ikun il-kompitu tal-qorti adita fl-ipoteżi fejn il-parti tagħżel li tiżgura hija stess id-difiża tagħha. |
30 |
Meta l-imsemmija obbligi jkunu, bħal fil-kawżi li taw lok għas-sentenzi ċċitati fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, l-istess, kemm jekk il-parti tiżgura hija stess id-difiża tagħha jew jekk tkun assistita minn avukat, hemm lok li jitqies li, peress li l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja jista’ jintlaħaq fl-ewwel każ, dan jista’ a fortiori jitwettaq fil-każ fejn il-parti tkun assistita minn avukat li jipprovdi servizzi, fis-sens tad-Direttiva 77/249. |
31 |
Madankollu, dan ma japplikax meta dawn l-obbligi jkunu, bħal fil-kawża prinċipali, differenti skont jekk il-parti tiżgurax hija stess id-difiża tagħha jew jekk hijiex assistita minn avukat. F’dan ir-rigward, il-fatt li l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja jista’ jintlaħaq fil-każ fejn il-parti tiżgura hija stess id-difiża tagħha fil-kuntest ta’ ġabra partikolari ta’ regoli li jirregolaw il-proċess ma jistax jippermetti li jiġi dedott li dan l-għan jintlaħaq fil-każ fejn il-parti tkun assistita minn avukat li jipprovdi servizzi, fis-sens tad-Direttiva 77/249, u fejn ir-regoli li jirregolaw il-proċess huma differenti u iktar restrittivi minn dawk applikabbli għall-parti li tiżgura hija stess id-difiża tagħha. |
32 |
F’każ bħal dan, motiv ta’ interess ġenerali bbażat fuq l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja jikkostitwixxi raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali li tista’ tiġġustifika l-obbligu impost fuq avukat li jipprovdi servizzi li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita. Fil-fatt, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha tal‑25 ta’ Frar 1988, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (427/85, EU:C:1988:98, punt 23), id-Direttiva 77/249 tippermetti lill-Istati Membri jeżiġu mill-avukat li jipprovdi servizzi li jaġixxi flimkien ma’ avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita sabiex l-ewwel wieħed ikun jista’ jwettaq il-kompiti fdati lilu mill-klijent tiegħu, b’osservanza tal-funzjonament tajjeb tal-ġustizzja. Minn din il-perspettiva, dan l-obbligu għandu l-għan li jipprovdi lill-avukat li jipprovdi servizzi l-appoġġ neċessarju sabiex jaġixxi f’sistema ġudizzjarja differenti minn dik li fiha huwa abitwalment jipprattika, u li jagħti lill-qorti adita l-assigurazzjoni li dan tal-aħħar għandu effettivament dan l-appoġġ u li b’hekk huwa f’pożizzjoni li josserva b’mod sħiħ ir-regoli proċedurali u ta’ etika professjonali applikabbli. |
33 |
Fir-rigward tal-kwistjoni dwar in-natura proporzjonata ta’ dan l-obbligu, għandu jitfakkar li, skont l-informazzjoni pprovduta mill-qorti tar-rinviju, l-avukat li jipprovdi servizzi għandu jikkomunika lill-qrati nazzjonali l-isem ta’ avukat li jeżerċita b’mod konformi mad-dritt Irlandiż sabiex jassistih fl-ipoteżi fejn ir-rappreżentanza tajba tal-klijent u l-eżekuzzjoni korretta tal-obbligi fir-rigward tal-qorti adita jkunu jeħtieġu għarfien jew pariri li l-ħtieġa tagħhom tista’ preċiżament tidher minħabba n-natura eventwalment limitata tal-konoxxenza, mill-avukat li jipprovdi servizzi, ta’ aspetti potenzjalment rilevanti tad-dritt, tal-prattika u tal-proċedura, kif ukoll tal-etika professjonali applikabbli fuq livell nazzjonali. Madankollu, skont din l-informazzjoni, ma huwiex neċessarju li l-avukat li jipprattika quddiem il-qorti adita jkun l-avukat inkarigat jew l-avukat li jressaq il-kawża quddiem il-qorti. Fil-fatt, huwa l-avukat li jipprovdi servizzi u l-avukat awtorizzat jipprattika quddiem il-qorti Irlandiża adita li għandhom jiddefinixxu r-rwoli preċiżi ta’ xulxin, peress li r-rwol ta’ dan tal-aħħar jikkonsisti pjuttost f’li jiġi inkarigat bħala avukat li jassisti l-avukat li jipprovdi servizzi. |
34 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi enfasizzat li l-flessibbiltà li tikkaratterizza l-kooperazzjoni bejn l-avukat li jipprovdi servizzi u l-avukat li jeżerċita quddiem il-qorti adita, kif deskritta mill-qorti tar-rinviju, tikkorrispondi mal-kunċett ta’ din il-kooperazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja stabbilixxiet fil-kuntest tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/249. Skont dan il-kunċett, dawn iż-żewġ avukati għandhom jitqiesu f’pożizzjoni li jiddefinixxu flimkien, b’osservanza tar-regoli tal-etika professjonali applikabbli fl-Istat Membru ospitanti u fl-eżerċizzju tal-awtonomija professjonali tagħhom, il-modalitajiet ta’ kooperazzjoni xierqa għall-mandat fdat lilhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑25 ta’ Frar 1988, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, 427/85, EU:C:1988:98, punt 24, u tal‑10 ta’ Lulju 1991, Il-Kummissjoni vs Franza, C‑294/89, EU:C:1991:302, punt 31). |
35 |
F’dan il-kuntest, il-ksur tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma jidhirx, kif indika, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 76 tal-konklużjonijiet tiegħu, li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. |
36 |
Madankollu, għandu jiġi osservat ukoll li, kif osserva l-Avukat Ġenerali fil-punt 75 tal-konklużjonijiet tiegħu, il-leġiżlazzjoni Irlandiża inkwistjoni fil-kawża prinċipali tidher li hija kkaratterizzata mill-fatt li hija ma tipprevedi ebda eċċezzjoni għall-obbligu li wieħed jaġixxi flimkien ma’ avukat li jeżerċita quddiem il-qorti adita. |
37 |
Issa, bħalma indika l-Avukat Ġenerali fil-punti 80 u 81 tal-konklużjonijiet tiegħu, għandu jiġi kkonstatat li tali obbligu jista’ jirriżulta inutli f’ċerti ċirkustanzi u, għaldaqstant, imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. |
38 |
Dan ikun il-każ, b’mod partikolari, fl-ipoteżi fejn l-avukat li jipprovdi servizzi jkun jista’, minħabba l-karriera tiegħu, jirrappreżenta lill-parti fil-kawża bl-istess mod bħal avukat li jeżerċita abitwalment quddiem il-qorti nazzjonali kkonċernata. Hija din tal-aħħar li għandha tevalwa, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, jekk esperjenza professjonali fl-Istat Membru ospitanti tistax tapplika sabiex jiġi stabbilit dan il-punt. |
39 |
F’dan il-każ, mill-proċess li għandha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li s-Sinjura O. tiddikjara li hija pprattikat fl-Irlanda għal diversi snin fil-kundizzjonijiet previsti mid-Direttiva 98/5/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑16 ta’ Frar 1998 sabiex tkun iffaċilitata l-prattika tal-professjoni ta’ avukat fuq bażi permanenti fl-Istati Membri minbarra dak fejn kienet miksuba l-kwalifikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 83), li jista’ jagħti x’jifhem li din l-avukata hija f’pożizzjoni li tirrappreżenta lill-parti fil-kawża bl-istess mod bħal avukat awtorizzat li jipprattika quddiem il-qorti adita. Skont il-ġurisprudenza stabbilita, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑2 ta’ April 2020, Comune di Gesturi, C‑670/18, EU:C:2020:272, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
40 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għad-domandi magħmula hija li l-Artikolu 5 tad-Direttiva 77/249 għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
Fuq l-ispejjeż
41 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas‑sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill tat‑22 ta’ Marzu 1977 biex jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà biex jiġu pprovduti servizzi minn avukati għandu jiġi interpretat fis-sens li: |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.