This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CJ0736
Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 15 April 2021.#ZS “Plaukti”.#Request for a preliminary ruling from the Augstākā tiesa (Senāts).#Reference for a preliminary ruling – Agriculture – European agricultural fund for rural development (EAFRD) – Regulation (EC) No 1698/2005 – Regulation (EU) No 65/2011 – Third subparagraph of Article 16(5) – Regulation (EC) No 73/2009 – Articles 4 and 6 – Regulation (EC) No 1122/2009 – Support for rural development – Agri-environmental payments – Aid for the maintenance of grassland biodiversity – Non-compliance with the conditions for granting those payments – Early mowing – Reduction and exclusion of those payments – Mandatory standards – Statutory management requirements – Minimum requirements for good agricultural and environmental conditions – Commitments that exceed mandatory standards, minimum requirements and other appropriate mandatory requirements established by national legislation.#Case C-736/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ April 2021.
ZS “Plaukti” vs Lauku atbalsta dienests.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts).
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – Regolament (KE) Nru 1698/2005 – Regolament (UE) Nru 65/2011 – It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) – Regolament (KE) Nru 73/2009 – Artikoli 4 u 6 – Regolament (KE) Nru 1122/2009 – Appoġġ għall-iżvilupp rurali – Pagamenti agroambjentali – Għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-pagamenti – Ħsad qabel iż-żmien – Tnaqqis u esklużjoni tal-imsemmija pagamenti – Standards obbligatorji – Rekwiżiti statutorji ta’ tmexxija – Rekwiżiti minimi għal kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin – Impenji li jisbqu l-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti minimi u ir-rekwiżiti obbligatorji l-oħra xierqa stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Kawża C-736/19.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ April 2021.
ZS “Plaukti” vs Lauku atbalsta dienests.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts).
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – Regolament (KE) Nru 1698/2005 – Regolament (UE) Nru 65/2011 – It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) – Regolament (KE) Nru 73/2009 – Artikoli 4 u 6 – Regolament (KE) Nru 1122/2009 – Appoġġ għall-iżvilupp rurali – Pagamenti agroambjentali – Għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-pagamenti – Ħsad qabel iż-żmien – Tnaqqis u esklużjoni tal-imsemmija pagamenti – Standards obbligatorji – Rekwiżiti statutorji ta’ tmexxija – Rekwiżiti minimi għal kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin – Impenji li jisbqu l-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti minimi u ir-rekwiżiti obbligatorji l-oħra xierqa stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.
Kawża C-736/19.
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2021:282
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
15 ta’ April 2021 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – Regolament (KE) Nru 1698/2005 – Regolament (UE) Nru 65/2011 – It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) – Regolament (KE) Nru 73/2009 – Artikoli 4 u 6 – Regolament (KE) Nru 1122/2009 – Appoġġ għall-iżvilupp rurali – Pagamenti agroambjentali – Għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-pagamenti – Ħsad qabel iż-żmien – Tnaqqis u esklużjoni tal-imsemmija pagamenti – Standards obbligatorji – Rekwiżiti statutorji ta’ tmexxija – Rekwiżiti minimi għal kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin – Impenji li jisbqu l-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti minimi u ir-rekwiżiti obbligatorji l-oħra xierqa stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali”
Fil-Kawża C‑736/19,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari abbażi tal-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema, il-Latvja), permezz ta’ deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2019, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-7 ta’ Ottubru 2019, fil-proċedura
ZS “Plaukti”
Fil-preżenza ta’:
Lauku atbalsta dienests,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
Komposta minn L. Bay Larsen (relatur), President tal-Awla, C. Toader u M. Safjan, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li qieset l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għall-Gvern Latvjan, inizjalment minn L. Juškeviča, V. Soņeca u K. Pommere, sussegwentement minn K. Pommere, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Kaduczak u A. Sauka, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) u tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali (ĠU 2011, L 25, p. 8 u rettifika fil-ĠU 2011, L 201, p. 20) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 65/2011”), tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2005, L 277, p. 1 u rettifika fil-ĠU 2012, L 206, p. 23), kif ukoll tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU 2009, L 30, p. 16 u rettifika fil-ĠU 2010, L 43, p. 7). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn ZS “Plaukti” (iktar ’il quddiem “Plaukti”), azjenda agrikola stabbilita fil-Latvja, u l-Lauku atbalsta dienests (is-Servizz ta’ Appoġġ Rurali, il-Latvja), fir-rigward tar-rifjut ta’ dan tal-aħħar li jħallas għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar (iktar ’il quddiem l-“għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar”). |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Ir-Regolament Nru 1698/2005
3 |
Il-premessa 35 tar-Regolament Nru 1698/2005 kienet tistipula: “Il-pagamenti agro-ambjentali għandu jibqa’ jkollhom rwol prominenti fl-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali u fir-rispons għad-domanda dejjem tikber tas-soċjetà għal servizzi ambjentali. Barra minn hekk għandhom jinkoraġġixxu lill-bdiewa u amministraturi oħra tal-art biex iservu s-soċjetà fl-intier tagħha billi jintroduċu jew ikomplu japplikaw metodi ta’ produzzjoni agrikola kompatibbli mal-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent, il-pajżaġġ u l-karatteristiċi tiegħu, ir-riżorsi naturali, il-ħamrija u d-diversità ġenetika. […]” |
4 |
L-Artikolu 36 ta’ dan ir-regolament jifforma parti mill-assi 2 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu i tat-Titolu IV tiegħu, fejn it-Taqsima hija intitolata “Titjib tal-ambjent u tal-kampanja”. Dan l-artikolu kien jipprevedi: “L-appoġġ taħt din it-taqsima għandu jikkonċerna:
|
5 |
L-Artikolu 39(1) sa (3) tal-imsemmi regolament kien jipprevedi: “1. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli l-appoġġ previst fl-Artikolu 36(a)(iv) fit-territorji kollha tagħhom, skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom. 2. Il-pagamenti agro-ambjentali għandhom jingħataw lill-bdiewa li jieħdu impenji agro-ambjentali fuq bażi volontarja. […] 3. Il-pagamenti agro-ambjentali jkopru biss dawk l-impenji li jmorru lil hinn mill-istandards obbligatorji rilevanti skont l-Artikoli 4 u 5 u l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) [tal-Kunsill] Nru 1782/2003 [tad-29 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi diretti ta’ appoġġ fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa u li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2019/93, (KE) Nru 1452/2001, (KE) Nru 1453/2001, (KE) Nru 1454/2001, (KE) Nru 1868/94, (KE) Nru 1251/1999, (KE) Nru 1254/1999, (KE) Nru 1673/2000, (KE) Nru 2358/71 u (KE) Nru 2529/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 40, p. 269)], kif ukoll ir-rekwiżiti minimi għall-użu ta’ fertilizzanti u prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u rekwiżiti obbligatorji rilevanti oħra stabbiliti mil-leġislazzjoni nazzjonali u identifikati fil-programm. Dawn l-impenji għandhom jittieħdu bħala regola ġenerali għal perijodu bejn ħames u seba’ snin. Fejn meħtieġ u ġustifikat, perijodu itwal għandu jiġi determinat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 90(2) għal tipi partikolari ta’ impenji.” |
Ir-Regolament Nru 65/2011
6 |
L-Artikolu 6(2) tar-Regolament Nru 65/2011 kien jipprevedi: “Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
[…]
[…]”. |
7 |
L-Artikolu 16 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Tnaqqis u esklużjonijiet relatati mad-daqs taż-żona”, kien jipprevedi, fil-paragrafu 2 tiegħu, fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3 tiegħu, u fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafu tal-paragrafu 5 tiegħu: “2. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, iż-żoni ddikjarati minn benefiċjarju li jirċievu l-istess rata ta’ għajnuna skont miżura relatata maż-żona għandhom jitqiesu bħala li jifformaw grupp wieħed ta’ għelejjel. […] 3. Jekk iż-żona stabbilita għal grupp ta’ għelejjel tinstab li hija ikbar minn dik iddikjarata fit-talba għal pagament, iż-żona ddikjarata għandha tintuża għall-kalkolu tal-għajnuna. Jekk iż-żona ddikjarata fit-talba għal pagament taqbeż iż-żona stabbilita għal dak il-grupp ta’ għelejjel, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata abbażi taż-żona stabbilita għal dak il-grupp ta’ għelejjel. […] […] 5. Fil-każ imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 3, l-għajnuna għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi taż-żona stabbilita mnaqqsa b’darbtejn id-differenza misjuba jekk dik id-differenza tkun iżjed jew minn 3 % jew minn żewġ ettari, iżda mhux iżjed minn 20 % taż-żona stabbilita. Jekk id-differenza tkun iżjed minn 20 % taż-żona stabbilita, l-ebda għajnuna m’għandha tingħata għall-grupp ta’ għelejjel inkwistjoni. Jekk id-differenza tkun iżjed minn 50 %, il-benefiċjarju għandu jkun eskluż għal darb’oħra milli jirċievi għajnuna sad-differenza bejn iż-żona ddikjarata fit-talba għal pagament u ż-żona stabbilita.” |
8 |
L-Artikolu 18(1)(a) tal-imsemmi regolament kien jistipula: “1. L-għajnuna mitluba għandha tiġi mnaqqsa jew miċħuda meta l-obbligi u l-kriterji li ġejjin ma jiġux sodisfatti:
|
9 |
L-Artikolu 22 tal-istess regolament kien jipprevedi: “Fejn japplika diversi tnaqqis, dawn għandhom jiġu applikati f’din l-ordni:
[…]”. |
Ir-Regolament Nru 73/2009
10 |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 73/2009 kien jipprevedi: “Bidwi li jirċievi pagamenti diretti għandu jissodisfa l-ħtiġiet ta’ ġestjoni statutorji mniżżla fl-Anness II u l-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 6. L-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw biss safejn jirrigwarda l-attività agrikola tal-bidwi jew f’dak li jikkonċerna il-qasam agrikolu tal-impriża.” |
11 |
L-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-regolament kien jipprevedi: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-art agrikola kollha, speċjalment art li m’għadhiex tintuża għal finijiet ta’ produzzjoni, tinżamm f’kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu, il-livell nazzjonali jew reġjonali, il-kondizzjonijiet minimi għall-kondizzjoni agrikola u ambjentali tajba abbażi tal-qafas stabbilit fl-Anness III, wara li jkunu tqiesu l-karatteristiċi speċifiċi taż-żoni kkonċernati, inklużi l-kondizzjonijiet tal-ħamrija u klimatiċi, sistemi tal-biedja eżistenti, l-użu tal-art, in-newba tal-uċuħ tar-raba’, prattiki tal-biedja, u l-istrutturi tal-farms. L-Istati Membri ma jistgħux jiddefinixxu l-ħtiġiet minimi li mhumiex previsti f’dak il-qafas.” |
12 |
L-Annessi II u III tal-imsemmi regolament kienu jispeċifikaw ir-rekwiżiti statutorji kif ukoll il-kundizzjonijiet agrikola u ambjentali tajba msemmija, rispettivament, fl-Artikoli 5 u 6 tal-istess regolament. |
Ir-Regolament (KE) Nru 1122/2009
13 |
L-Artikolu 71(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU 2009, L 316, p. 65), kien jipprevedi: “Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 77, meta nuqqas ta’ konformità ddeterminat jirriżulta min-negliġenza tal-bidwi, għandu jiġi applikat tnaqqis. Bħala regoli ġenerali, dak it-tnaqqis għandu jkun 3 % tal-ammont totali msemmi fl-Artikolu 70(8). Madankollu, l-aġenzija tal-ħlas tista’, abbażi tal-valutazzjoni fornuta mill-awtorità kompetenti ta’ kontroll fil-parti tal-evalwazzjoni tar-rapport tal-kontroll skont l-Artikoli 54(1)(c), tiddeċiedi jew li tnaqqas dak il-perċentwal għal 1 % jew li żżidu għal 5 % ta’ dak l-ammont totali jew fil-każijiet imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 54(1)(c), li ma timponi l-ebda tnaqqis”. |
Id-dritt Latvjan
Id-Digriet Nru 295
14 |
Il-Ministru kabineta Noteikumi Nr. 295 par valsts un Eiropas Savienības lauku attīstības atbalsta piešķiršanu, administrēšanu un uzraudzību vides un lauku ainavas uzlabošanai (id-Digriet Nru 295 tal-Kabinett tal-Ministri dwar l-Għoti, il-Ġestjoni u l-Kontroll tal-Għajnuna mill-Istat u mill-Unjoni Ewropea għall-Iżvilupp Rurali għall-Finijiet tat-Titjib tal-Ambjent u tal-Pajżaġġ Rurali), tat-23 ta’ Marzu 2010 (Latvijas Vēstnesis, 2010, Nru 50), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-“Digriet Nru 295”), li kien fis-seħħ sat-28 ta’ Marzu 2015, kien jipprovdi, fl-Artikolu 1 tiegħu: “Dan id-digriet jistabbilixxi l-modalitajiet tal-għoti, tal-ġestjoni u tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat u mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp rurali, b’mod partikolari insostenn tal-miżuri ta’ titjib tal-ambjent u tal-ispazju naturali implimentati konformament mar-Regolament Nru 1698/2005.” |
15 |
L-Artikolu 38 tad-Digriet Nru 295 kien jipprevedi: “Kandidat jista’ jikseb għajnuna għal artijiet agrikoli ddedikati għal waħda mill-għelejjel eliġibbli elenkati fil-lista tal-Anness 2 ta’ dan id-digriet, li huma ddefiniti bħala bwar b’valur naturali għoli, sa fejn huwa jissodisfa l-kundizzjonijiet li ġejjin: […] 38.3. il-bwar b’valur naturali għoli jintużaw bħala mergħa u jinħasdu kull sena u li fuqhom jinżamm ċertu numru ta’ bhejjem tat-trobbija, fejn dan in-numru jirrappreżenta, wara konverżjoni f’unitajiet ta’ bhejjem, densità ta’ bhejjem ta’ 0.4 sa 0.9 l-unità għal kull ettaru, u fejn dawn il-bwar jinħasdu mill-inqas darba matul il-perijodu mill-1 ta’ Awwissu sal-15 ta’ Settembru. Il-ħaxix maħsud jinġabar u jitneħħa mill-għalqa jew jitqatta”. |
16 |
Il-punt 3 tat-Taqsima 4.3 (Żamma tal-bijodiversità fil-bwar), tal-Anness 9 ta’ dan id-digriet kien jipprevedi: “Jekk il-kandidat għall-għajnuna ma ħasadx iż-żona li hija s-suġġett tal-applikazzjoni bejn l-1 u l-15 ta’ Settembru, wara l-ewwel ksur, l-ammont tal-għajnuna għal din iż-żona ma jitħallasx għas-sena kurrenti. Fil-każ li jkun hemm ripetizzjoni tal-ksur, l-impenji kollha jiġu interrotti u l-kandidat għall-għajnuna jkollu jirrimborsa lis-Servizz ta’ Appoġġ Rurali l-ammont totali tal-għajnuna rċevuta preċedentement għaż-żona kkonċernata.” |
Id-Digriet Nru 139
17 |
Il-Ministru kabineta Noteikumi Nr. 139 Kārtība, kādā tiek piešķirts valsts un Eiropas Savienības atbalsts lauksaimniecībai tiešā atbalsta shēmu ietvaros (Id-Digriet Nru 139 tal-Kabinett tal-Ministri dwar il-Proċedura għall-Għoti tal-Għajnuna mill-Istat u mill-Unjoni Ewropea għall-Agrikoltura fil-Kuntest tal-Iskemi ta’ Appoġġ Dirett), tat-12 ta’ Marzu 2013 (Latvijas Vēstnesis, 2013, Nru 65), fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-“Digriet Nru 139”), kien jipprevedi, fl-Artikolu 1 tiegħu: “Dan id-digriet jistabbilixxi l-modalitajiet għall-għoti tal-għajnuna mill-Istat u mill-Unjoni Ewropea ddestinata għall-agrikoltura fil-kuntest tal-iskemi ta’ appoġġ dirett, konformement mar-Regolament Nru 73/2009.” |
18 |
L-Artikolu 18 tad-Digriet Nru 139 kien jipprovdi: “Jekk fl-istess ħin bidwi jitlob, għal żona speċifika, kemm il-ħlas tal-għajnuna msemmija fil-punt 2.1 ta’ dan id-digriet (pagament uniku għaż-żona) kif ukoll il-ħlas ta’ għajnuna abbażi tal-miżura ‘Pagamenti agro-ambjentali’ konformement mal-leġiżlazzjoni fil-qasam tal-għoti, ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-għajnuna mill-Istat u mill-Unjoni Ewropea għall-iżvilupp rurali u għat-titjib tal-ambjent u tal-ispazju naturali: […] 18.2. minkejja l-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 15.4 ta’ dan id-digriet, jekk il-bidwi jitlob għajnuna abbażi tal-miżura sekondarja “Żamma tal-bijodiversità fil-bwar” jew tal-miżura sekondarja “Stabbiliment ta’ strixxi marġinali”: 18.2.1. minn tal-inqas darba f’sena, il-bwar u l-mergħa permanenti kif ukoll ir-raba’ li jinħadem għandhom jinħasdu u l-ħaxix għandu jinġabar jew jitqatta (matul il-perijodu mill-1 ta’ Awwissu sal-15 ta’ Settembru tas-sena kurrenti) jew dawn il-bwar u mergħat għandhom jintużaw bħala mergħa u jinħasdu.” |
19 |
L-Artikolu 19 ta’ dan id-digriet kien jistipula: “jekk bidwi ma josservax waħda mill-kundizzjonijiet agrikola u ambjentali tajba msemmija fl-Artikoli 15 u 18 ta’ dan id-digriet, l-ammont tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2 ta’ dan id-digriet (bl-eċċezzjoni tal-punt 2.6 ta’ dan tal-aħħar) għandu jitnaqqas konformement mal-Artikoli 70, 71 u 72 tar-Regolament Nru 1122/2009.” |
It-tilwima fil-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
20 |
Fit-13 ta’ Mejju 2014, Plaukti ressqet, quddiem is-Servizz ta’ Appoġġ Rurali, għas-sena 2014, applikazzjoni għal pagament uniku għaż-żona kif ukoll applikazzjoni għal pagament agroambjentali abbażi tal-għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar fir-rigward ta’ żewġ għelieqi b’żona totali ta’ 18.26 ettari. |
21 |
Wara spezzjoni parzjali fuq il-post, imwettqa mis-Servizz ta’ Appoġġ Rurali fil-31 ta’ Lulju 2014, dan tal-aħħar ikkonstata li l-għelieqi kkonċernati kienu nħasdu qabel l-1 ta’ Awwissu 2014, bi ksur tal-kundizzjonijiet applikabbli għall-għoti tal-għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar. |
22 |
B’konsegwenza ta’ dan, permezz ta’ deċiżjoni tas-27 ta’ Ġunju 2015, is-Servizz ta’ Appoġġ Rurali rrifjuta lil Plaukti, għas-sena 2014 kollha, fir-rigward tat-18.26 ettari kkonċernati, il-benefiċċju ta’ din l-għajnuna. Dan is-servizz eskluda lil Plaukti mill-benefiċċju tal-imsemmija għajnuna, sal-ammont ta’ EUR 2 245.98, u ordna li dan l-ammont jitnaqqas minn kull pagament li kellu jiġi rċevut matul it-tliet snin kalendarji ta’ wara. Barra minn hekk, tnaqqis ta’ 1 % tal-istess għajnuna ġie applikat għal ksur tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba. |
23 |
Plaukti kkontestat din id-deċiżjoni quddiem l-administratīvā rajona tiesa (il-Qorti Amministrattiva Distrettwali, il-Latvja), u sussegwentement quddiem l-Administratīvā apgabaltiesa (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali, il-Latvja). |
24 |
Wara li kemm ir-rikors tagħha fl-ewwel istanza kif ukoll l-appell tagħha ġew miċħuda, Plaukti ppreżentat appell ta’ kassazzjoni quddiem l-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema, il-Latvja). |
25 |
Il-qorti tar-rinviju tqis li, sa fejn huwa paċifiku li l-għelieqi kkonċernati ġew maħsud qabel l-1 ta’ Awwissu, hemm lok li tiġi applikata, konformament mal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 65/2011, id-dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi li, għas-sena kurrenti, l-ebda għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar ma għandha titħallas għaż-żoni korrispondenti. |
26 |
L-imsemmija qorti madankollu għandha dubji dwar il-proporzjonalità tas-sanzjonijiet l-oħra imposti mis-Servizz ta’ Appoġġ Rurali, b’mod partikolari, minn naħa, tal-esklużjoni tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali mill-benefiċċju tal-għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar, sal-ammont korrispondenti għad-differenza bejn iż-żona ddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas u ż-żona speċifika, jiġifieri obbligu ta’ rimbors għal tliet snin kalendarji, konformament mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011 u, min-naħa l-oħra, tat-tnaqqis ta’ 1 % tal-ħlasijiet kollha ta’ għajnuna lil din ir-rikorrenti, konformament mal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Nru 1122/2009 minħabba nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba, sa fejn ma ġie kkonstatat l-ebda bdil fil-grupp ta’ għelejjel. B’mod partikolari, l-imsemmija qorti tistaqsi jekk it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011 huwiex applikabbli sa fejn, f’dan il-każ, għalkemm Plaukti ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar, ma ġie kkonstatat l-ebda bdil fil-grupp ta’ għelejjel. |
27 |
Bl-istess mod, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fil-każ fejn jiġi kkonstatat li ż-żona tal-grupp ta’ għelejjel iddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas ma tikkorrispondix għaż-żona speċifika, jiġifieri ż-żona maħduma, ikkonstatata fil-kuntest tal-ispezzjoni fuq il-post mwettqa, hemmx lok li, fl-istess ħin, jiġu applikati kemm is-sanzjoni prevista fl-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 65/2011 kif ukoll dik prevista fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) ta’ dan ir-regolament. F’dan ir-rigward, dik il-qorti tqis li l-applikazzjoni ta’ żewġ sanzjonijiet għal ksur wieħed tista’ ma tkunx konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
28 |
Il-qorti tar-rinviju għandha wkoll dubji dwar il-kwistjoni ta’ jekk ir-rekwiżit previst fil-punt 18.2.1 tad-Digriet Nru 139 huwiex konformi mar-rekwiżiti imposti fid-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009 fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba u fl-Artikolu 39(3) tar-Regolament Nru 1698/2005 fir-rigward tal-impenji agroambjentali. |
29 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Augstākā tiesa (Senāts) (il-Qorti Suprema) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
30 |
Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011 għandux jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli fil-każ fejn l-applikant għal għajnuna ma osservax l-impenji agroambjentali relatati mal-kundizzjonijiet ta’ ħsad, mingħajr ma tkun ġiet ikkonstatata ebda bidla tal-grupp ta’ għelejjel ikkonċernat. |
31 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, konformament mal-Artikolu 36(a)(iv) tar-Regolament Nru 1698/2005, l-għajnuna prevista abbażi tal-assi 2 tat-taqsima 2 tal-Kapitolu i tat-Titolu IV ta’ dan ir-regolament, fejn it-taqsima hija intitolata “Titjib tal-ambjent u tal-kampanja”, tikkonċerna l-miżuri mmirati għall-użu sostenibbli tal-artijiet agrikoli bis-saħħa ta’ “pagamenti agroambjentali”. |
32 |
Barra minn hekk, mill-Artikolu 39(1) u (2) tal-imsemmi regolament jirriżulta li l-Istati Membri jagħtu l-għajnuna prevista fl-Artikolu 36(a)(iv) tiegħu fit-territorju kollu tagħhom, skont il-bżonnijiet partikolari tagħhom. Il-pagamenti agroambjentali jingħataw lill-bdiewa li jidħlu minn jeddhom għal impenji favur l-agroambjent. |
33 |
L-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament Nru 65/2011 jipprevedi li l-għajnuna mitluba tiġi mnaqqsa jew miċħuda meta b’mod partikolari, għall-miżuri msemmija fl-Artikolu 36(a)(iv) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-obbligi jew il-kriterji bħall-istandards obbligatorji xierqa, ir-rekwiżiti obbligatorji l-oħra xierqa msemmija fl-Artikolu 39(3) ta’ dan l-aħħar regolament u l-impenji li jmorru lil hinn minn dawn l-istandards u rekwiżiti ma jiġux issodisfatti. |
34 |
Minn dan jirriżulta li n-nuqqas ta’ osservanza tal-impenji meħuda favur l-agroambjent jġib miegħu t-tnaqqis jew ir-rifjut tal-pagamenti agroambjentali. |
35 |
Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 16 tar-Regolament Nru 65/2011 jirrigwarda t-tnaqqis u l-esklużjoni relatati mad-daqs taż-żoni agrikoli. F’dan ir-rigward għandu jitfakkar li, konformament mal-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-regolament, jitqiesu bħala li jikkostitwixxu grupp ta’ għelejjel iż-żoni ddikjarati mill-benefiċjarju li huma s-suġġett tal-istess rata ta’ għajnuna abbażi ta’ miżura “żoni”. Bis-saħħa tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3) tal-imsemmi regolament, jekk iż-żona ddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas hija ikbar miż-żona speċifika għall-grupp ta’ għelejjel ikkonċernat, l-għajnuna tiġi kkalkolata abbażi taż-żona speċifika għal dan il-grupp ta’ għelejjel. Bis-saħħa tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tal-istess regolament, jekk id-differenza bejn iż-żona ddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas u ż-żona speċifika waqt l-ispezzjoni fuq il-post imwettqa tkun ta’ iktar minn 50 %, il-benefiċjarju jerġa’ jiġi eskluż mill-benefiċċju tal-għajnuna sal-ammont korrispondenti għal din id-differenza. |
36 |
F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, minħabba ħsad qabel iż-żmien, wieħed mill-kriterji għall-għoti tal-għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar ma kienx ġie osservat. Is-Servizz ta’ Appoġġ Rurali għaldaqstant qies li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ din l-għajnuna ma kinux ġew osservati fiż-żona ddikjarata kollha u li kellu jiġi deċiż li d-differenza bejn iż-żona ddikjarata fl-applikazzjoni għall-ħlas u ż-żona speċifika fil-kuntest tal-ispezzjoni fuq il-post imwettqa kienet ta’ 100 %. Għalhekk, dan is-servizz qies li ż-żona ddikjarata kienet 100 % ikbar miż-żona speċifika, u dan kien jiġġustifika, skont l-imsemmi servizz, l-esklużjoni ta’ Plaukti mill-benefiċċju tal-għajnuna ikkonċernata. |
37 |
Issa, hekk kif tindika l-qorti tar-rinviju, l-uniku ksur ikkonstatat mis-Servizz ta’ Appoġġ Rurali fir-rigward tal-perijodu ta’ riferiment huwa ħsad qabel iż-żmien, mingħajr ma ġiet ikkonstatata ebda bidla tal-grupp ta’ għelejjel. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li l-fatt li Plaukti ħasdet iż-żona kkonċernat qabel id-data prevista għal dan il-għan madankollu ma jfissirx li l-grupp ta’ għelejjel iddikjarat ġie mibdul b’tali mod li jiġġustifika l-esklużjoni tal-persuna kkonċernata mill-benefiċċju tal-għajnuna, b’applikazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011. |
38 |
Din l-interpretazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011 hija konformi mal-għan tal-pagamenti agroambjentali, li, hekk kif jirriżulta mil-premessa 35 tar-Regolament Nru 1698/2005, għandu jibqa’ jkollhom rwol prominenti fl-appoġġ għall-iżvilupp sostenibbli taż-żoni rurali u fir-rispons għad-domanda dejjem tikber tas-soċjetà għal servizzi ambjentali. |
39 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda magħmula għandha tkun li t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament Nru 65/2011 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli fil-każ fejn l-applikant għal għajnuna ma osservax l-impenji agroambjentali relatati mal-kundizzjonijiet ta’ ħsad, mingħajr ma tkun ġiet ikkonstatata ebda bidla tal-grupp ta’ għelejjel ikkonċernat. |
Fuq it-tieni domanda
40 |
Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda magħmula, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda magħmula. |
Fuq it-tielet domanda
41 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009, moqrija flimkien mal-Artikolu 39(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li l-istess rekwiżit wieħed jista’ fl-istess ħin jikkostitwixxi rekwiżit minimu fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba u rekwiżit li jmur lil hinn min dawn ir-rekwiżiti minimi, jiġifieri kundizzjoni għall-għoti relatata mal-pagamenti agroambjentali. |
42 |
Għandu jitfakkar, qabel kollox, li, bis-saħħa tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 73/2009, il-bdiewa li jirċievu pagamenti diretti huma obbligati li jirrispettaw ċerti rekwiżiti statutorji ta’ tmexxija kif ukoll il-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament. |
43 |
Dan l-aħħar artikolu jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jiżguraw li l-artijiet agrikoli kollha jinżammu f’kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba. F’dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jiddefinixxu rekwiżiti minimi għall-kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba abbażi tal-qafas stabbilit fl-Anness III tal-imsemmi regolament u ma jistgħux jiddefinixxu rekwiżiti minimi li ma humiex previsti f’dan il-qafas. |
44 |
Bis-saħħa tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, il-pagamenti agroambjentali jirrigwardaw biss l-impenji li b’mod partikolari jisbqu l-istandards obbligatorji stabbiliti konformament mal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament Nru 1782/2003 u mal-Annessi III u IV ta’ dan tal-aħħar, riprodotti fl-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009 u fl-Annessi II u III ta’ dan tal-aħħar. L-Artikolu 39(3) tar-Regolament Nru 1698/2005 huwa għalhekk intiż li jiggarantixxi li l-pagamenti kkonċernati jingħataw biss għal attivitajiet u prattiki li jissodisfaw għanijiet ambjentali għola mill-istandards obbligatorji bħal ma huma r-rekwiżiti minimi fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba. |
45 |
Għandu jitfakkar, sussegwentement, li, hekk kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, il-punti 38.3 tad-Digriet Nru 295 jimplimenta, b’mod partikolari, ir-rekwiżiti relatati mal-pagamenti agroambjentali. Dan il-punt jipprevedi b’mod partikolari li kandidat jista’ jikseb għajnuna għal bwar b’valur naturali għoli, sa fejn dawn il-bwar inħasdu mill-inqas darba matul il-perijodu mill-1 ta’ Awwissu sal-15 ta’ Settembru. |
46 |
Skont l-indikazzjonijiet ipprovduti mill-qorti tar-rinviju, ir-regoli ta’ ħsad previsti fid-dritt Latvjan jikkostitwixxu fl-istess ħin rekwiżiti minimi u rekwiżit li jmur lil hinn min dawn ir-rekwiżiti minimi, konformament mal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009. |
47 |
Issa, minn naħa, l-impenji meħuda favur l-agroambjent b’applikazzjoni tal-Artikolu 39 tar-Regolament Nru 1698/2005 għandhom jisbqu r-rekwiżiti minimi fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba deskritti fl-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009. Min-naħa l-oħra, kif ġie mfakkar fil-punt 43 ta’ din is-sentenza, l-Istati Membri ma jistgħux jiddefinixxu rekwiżiti minimi li ma humiex previsti fil-kuntest tal-Anness III ta’ dan l-aħħar regolament. |
48 |
Għalhekk, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-osservanza tar-rekwiżiti minimi fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba li joriġinaw mill-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009, għandu jiġi żgurat li dawn ġew iddefiniti b’mod validu abbażi tal-qafas stabbilit fl-Anness III ta’ dan ir-regolament. Jekk dan huwa l-każ, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ tali rekwiżit jista’ jagħti lok għal tnaqqis abbażi tal-Artikolu 71(1) tar-Regolament Nru 1122/2009. |
49 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet esposti iktar ’il fuq, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 73/2009, moqrija flimkien mal-Artikolu 39(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li l-istess rekwiżit wieħed jista’ fl-istess ħin jikkostitwixxi rekwiżit minimu fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba u rekwiżit li jmur lil hinn min dawn ir-rekwiżiti minimi, jiġifieri kundizzjoni għall-għoti relatata mal-pagamenti agroambjentali. |
Fuq l-ispejjeż
50 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din tal-aħħar li għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni ta’ osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Latvjan.