Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0907

    Kawża C-907/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Q-GmbH vs Finanzamt Z (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2006/112/KE – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Eżenzjonijiet – Artikolu 135(1)(a) – Tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u provvisti ta’ servizzi relatati ma’ dawn it-tranżazzjonijiet, mwettqa mis-sensara u mill-intermedjarji tal-assigurazzjoni – Provvista ta’ servizzi lil assiguratur, komposta minn diversi servizzi – Klassifikazzjoni bħala provvista waħda)

    ĠU C 206, 31.5.2021, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 206/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Q-GmbH vs Finanzamt Z

    (Kawża C-907/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/112/KE - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Eżenzjonijiet - Artikolu 135(1)(a) - Tranżazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u provvisti ta’ servizzi relatati ma’ dawn it-tranżazzjonijiet, mwettqa mis-sensara u mill-intermedjarji tal-assigurazzjoni - Provvista ta’ servizzi lil assiguratur, komposta minn diversi servizzi - Klassifikazzjoni bħala provvista waħda)

    (2021/C 206/15)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesfinanzhof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Q-GmbH

    Konvenut: Finanzamt Z

    Dispożittiv

    L-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mill-VAT li huwa jipprevedi ma tapplikax għas-servizzi mwettqa minn persuna taxxabbli, li jinkludu l-provvista ta’ prodott ta’ assigurazzjoni lil kumpannija ta’ assigurazzjoni u, b’mod anċillari, l-offerta ta’ dan il-prodott f’isem din il-kumpannija kif ukoll il-ġestjoni tal-kuntratti ta’ assigurazzjoni konklużi, fil-każ li l-qorti tar-rinviju tikklassifika dawn is-servizzi bħala provvista waħda fir-rigward tal-VAT.


    (1)  ĠU C 87, 16.3.2020.


    Top