Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0700

    Kawża C-700/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2022 – Toshiba Samsung Storage Technology Corp., Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Letturi ta’ disk drives ottiċi – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 – Ksur uniku u kontinwu – Kunċett – Ftehimiet ta’ kollużjoni li jirrigwardaw sejħiet għal offerti relatati ma’ letturi ta’ disk drives ottiċi għal notebooks u desktops organizzati minn żewġ produtturi tal-kompjuters)

    ĠU C 294, 1.8.2022, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 294/5


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2022 – Toshiba Samsung Storage Technology Corp., Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-700/19 P) (1)

    (Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Letturi ta’ disk drives ottiċi - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992 - Ksur uniku u kontinwu - Kunċett - Ftehimiet ta’ kollużjoni li jirrigwardaw sejħiet għal offerti relatati ma’ letturi ta’ disk drives ottiċi għal notebooks u desktops organizzati minn żewġ produtturi tal-kompjuters)

    (2022/C 294/06)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Toshiba Samsung Storage Technology Corp., Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. (rappreżentanti: inizjalment minn A. Aresu, M. Bay, avvocati, u J. Ruiz Calzado, abogado, sussegwentement minn M. Bay, avvocato, u J. Ruiz Calzado, abogado)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, M. Farley, F. van Schaik u C. Zois, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Lulju 2019, Toshiba Samsung Storage Technology u Toshiba Samsung Storage Technology Korea vs Il-Kummissjoni (T-8/16, EU:T:2019:522), hija annullata.

    2)

    L-Artikolu 1(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 7135 finali tal-21 ta’ Ottubru 2015 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Każ AT.39639 – Disk Drives Ottiċi) hija annullata sa fejn din tikkonstata li Toshiba Samsung Storage Technology Corp. u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. kisru l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, billi pparteċipaw, mit-23 ta’ Ġunju 2004 sas-17 ta’ Novembru 2008, f’diversi ksur distinti.

    3)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    4)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha relatati kemm mal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll ma’ dik fl-appell, it-totalità tal-ispejjeż li Toshiba Samsung Storage Technology Corp. u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. sostnew fil-kuntest ta’ dan l-appell, kif ukoll nofs l-ispejjeż li huma sostnew fl-ewwel istanza.

    5)

    Toshiba Samsung Storage Technology Corp. u Toshiba Samsung Storage Technology Korea Corp. għandhom ibatu nofs l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura fl-ewwel istanza.


    (1)  ĠU C 383, 11.11.2019.


    Top