EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0570

Kawża C-570/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Irish Ferries Ltd vs National Transport Authority (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport marittimu – Drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-baħar jew permezz ta’ navigazzjoni interna – Regolament (UE) Nru°1177/2010 – Artikoli 18 u 19, Artikolu 20(4) u Artikoli 24 u 25 – Kanċellazzjoni tas-servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri – Provvista tardiva ta’ vapur lit-trasportatur – Notifika qabel id-data ta’ tluq prevista inizjalment – Konsegwenzi – Dritt għal rotta alternattiva – Modalitajiet – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ spejjeż addizzjonali – Dritt għall-kumpens – Kalkolu – Kunċett ta’ prezz tal-biljett – Organu nazzjonali inkarigat mill-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1177/2010 – Kompetenza – Kunċett ta’ lment – Evalwazzjoni tal-validità – Artikoli 16, 17, 20 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament)

ĠU C 431, 25.10.2021, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Irish Ferries Ltd vs National Transport Authority

(Kawża C-570/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport marittimu - Drittijiet tal-passiġġieri li jivvjaġġaw bil-baħar jew permezz ta’ navigazzjoni interna - Regolament (UE) Nruo1177/2010 - Artikoli 18 u 19, Artikolu 20(4) u Artikoli 24 u 25 - Kanċellazzjoni tas-servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri - Provvista tardiva ta’ vapur lit-trasportatur - Notifika qabel id-data ta’ tluq prevista inizjalment - Konsegwenzi - Dritt għal rotta alternattiva - Modalitajiet - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ spejjeż addizzjonali - Dritt għall-kumpens - Kalkolu - Kunċett ta’ prezz tal-biljett - Organu nazzjonali inkarigat mill-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1177/2010 - Kompetenza - Kunċett ta’ lment - Evalwazzjoni tal-validità - Artikoli 16, 17, 20 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament)

(2021/C 431/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Irish Ferries Ltd

Konvenut: National Transport Authority

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa applikabbli għall-każ fejn trasportatur jikkanċella servizz ta’ trasport ta’ passiġġieri billi josserva preavviż ta’ diversi ġimgħat qabel it-tluq inizjalment previst, minħabba li l-vapur li kellu jiżgura dan is-servizz kien is-suġġett ta’ dewmien ta’ kunsinna u ma setax jiġi ssostitwit.

2)

L-Artikolu 18 tar-Regolament Nru 1177/2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta servizz ta’ trasport ta’ passiġġieri jiġi kkanċellat u meta ma jkun jeżisti ebda servizz ta’ trasport sostituttiv fuq l-istess rotta, it-trasportatur huwa obbligat jipproponi lill-passiġġier, skont id-dritt ta’ dan tal-aħħar għal rotta alternattiva f’kundizzjonijiet paragunabbli u fl-iqsar żmien possibbli lejn id-destinazzjoni finali prevista f’din id-dispożizzjoni, servizz ta’ trasport sostituttiv li jirrikorri għal tali itinerarju differenti minn dak tas-servizz ikkanċellat jew servizz ta’ trasport marittimu konness ma’ mezzi oħra tat-trasport, bħal trasport stradali jew ferrovjarju, u huwa marbut isostni l-ispejjeż supplimentari possibbli sostnuti mill-passiġġier fil-kuntest ta’ din ir-rotta alternattiva lejn id-destinazzjoni finali.

3)

L-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament Nru 1177/2010 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta trasportatur jikkanċella servizz ta’ trasport ta’ passiġġieri filwaqt li josserva preavviż ta’ diversi ġimgħat qabel it-tluq inizjalment previst, il-passiġġier għandu dritt għal kumpens skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-regolament meta jiddeċiedi, konformement mal-Artikolu 18 tal-imsemmi regolament, favur rotta alternattiva mill-iktar fis possibbli jew anki li jipposponi l-vjaġġ tiegħu għal data sussegwenti u jasal fid-destinazzjoni finali prevista inizjalment b’dewmien iktar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 19 tal-istess regolament. Għall-kuntrarju, meta passiġġier jiddeċiedi li jiġi rrimborsat il-prezz tal-biljett, huwa ma jkollux tali dritt għal kumpens skont dan l-artikolu.

4)

L-Artikolu 19 tar-Regolament Nru 1177/2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz tal-biljett jinkludi l-ispejjeż marbuta mas-servizzi fakultattivi addizzjonali magħżula mill-passiġġier, bħall-prenotazzjoni ta’ kabina jew kenn għall-klieb, jew anki l-aċċess għal swali tal-ogħla klassi.

5)

L-Artikolu 20(4) tar-Regolament Nru 1177/2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunsinna tardiva ta’ bastiment tat-trasport tal-passiġġieri li implikat il-kanċellazzjoni tat-traġitti kollha li għandhom isiru minn dan il-bastiment fil-kuntest ta’ rotta ġdida marittima ma taqax taħt il-kunċett ta’ “ċirkustanzi straordinarji”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

6)

L-Artikolu 24 tar-Regolament Nru 1177/2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-passiġġier li jitlob li jibbenefika minn kumpens skont l-Artikolu 19 ta’ dan ir-regolament li jressaq it-talba tiegħu fil-forma ta’ lment quddiem it-trasportatur f’terminu ta’ xahrejn mid-data li fiha s-servizz ta’ trasport twettaq jew kellu jitwettaq.

7)

L-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1177/2010 għandu jiġi interpretat fis-sens li jaqgħu taħt il-kompetenza ta’ organu nazzjonali inkarigat bl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament innominat minn Stat Membru mhux biss is-servizz tat-trasport ta’ passiġġieri mwettaq minn port li jinsab fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, iżda wkoll servizz ta’ trasport ta’ passiġġieri mwettaq minn port li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor lejn port li jinsab fit-territorju tal-ewwel Stat Membru meta dan l-aħħar imsemmi servizz ta’ trasport jagħmel parti minn vjaġġ bir-ritorn li jkun ġie kkanċellat kollu kemm hu.

8)

L-eżami tal-għaxar domanda ma rrileva ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikoli 18 u 19 tar-Regolament Nru 1177/2010.


(1)  ĠU C 328, 30.09.2019.


Top