EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0529

Kawża C-529/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Potsdam – il-Ġermanja) – Möbel Kraft GmbH & Co. KG vs ML (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2011/83/UE – Artikolu 16(c) – Dritt ta’ rtirar – Eċċezzjonijiet – Oġġetti li saru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew ippersonalizzati b’mod ċar – Oġġetti li l-produzzjoni tagħhom inbdiet mill-kummerċjant)

ĠU C 423, 7.12.2020, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-21 ta’ Ottubru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Potsdam – il-Ġermanja) – Möbel Kraft GmbH & Co. KG vs ML

(Kawża C-529/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2011/83/UE - Artikolu 16(c) - Dritt ta’ rtirar - Eċċezzjonijiet - Oġġetti li saru skont l-ispeċifikazzjonijiet tal-konsumatur jew ippersonalizzati b’mod ċar - Oġġetti li l-produzzjoni tagħhom inbdiet mill-kummerċjant)

(2020/C 423/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Potsdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Möbel Kraft GmbH & Co. KG

Konvenut: ML

Dispożittiv

L-Artikolu 16(c) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ rtirar prevista f’din id-dispożizzjoni tista’ tiġi invokata kontra konsumatur li jkun ikkonkluda kuntratt lil hinn mill-post tan-negozju fir-rigward tal-bejgħ ta’ oġġett li għandu jsir skont l-ispeċifikazzjonijiet tiegħu, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-kummerċjant ikunx beda l-produzzjoni tal-imsemmi oġġett.


(1)  ĠU C 348, 14.11.2019.


Top