Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0450

    Kawża C-450/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Proċedura mressqa mill-Kilpailu- ja kuluttajavirasto / (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kompetizzjoni – Artikolu 101 TFUE – Akkordji – Manipulazzjoni tal-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti – Determinazzjoni tat-tul tal-perijodu tal-ksur – Inklużjoni tal-perijodu li matulu l-parteċipanti fl-akkordju implimentaw il-ftehim antikompetittiv – Effetti ekonomiċi tal-aġir antikompetittiv – Waqfien tal-ksur fil-mument tal-għoti definittiv tal-kuntratt)

    ĠU C 79, 8.3.2021, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 79/11


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Jannar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus – il-Finlandja) – Proċedura mressqa mill-Kilpailu- ja kuluttajavirasto /

    (Kawża C-450/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 101 TFUE - Akkordji - Manipulazzjoni tal-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti - Determinazzjoni tat-tul tal-perijodu tal-ksur - Inklużjoni tal-perijodu li matulu l-parteċipanti fl-akkordju implimentaw il-ftehim antikompetittiv - Effetti ekonomiċi tal-aġir antikompetittiv - Waqfien tal-ksur fil-mument tal-għoti definittiv tal-kuntratt)

    (2021/C 79/12)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein hallinto-oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Kilpailu- ja kuluttajavirasto

    Fil-preżenza ta’: Eltel Group Oy, Eltel Networks Oy,

    Dispożittiv

    L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta impriża li allegatament ipparteċipat fi ksur uniku u kontinwu ta’ din id-dispożizzjoni, li l-aħħar element kostituttiv tiegħu kien jikkonsisti fis-sottomissjoni miftiehma mal-kompetituri tagħha ta’ offerta f’sejħa għal offerti intiża għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet, tkun rebħet il-kuntratt inkwistjoni u kkonkludiet mal-awtorità kontraenti kuntratt għal xogħlijiet li jiddetermina l-karatteristiċi essenzjali ta’ dan il-kuntratt pubbliku għal xogħlijiet u b’mod partikolari l-prezz globali li għandu jitħallas bħala korrispettiv għall-imsemmija xogħlijiet, li l-eżekuzzjoni u l-ħlas tagħhom ikunu mifruxa maż-żmien, il-perijodu tal-ksur jikkorrispondi għal dak sad-data tal-iffirmar tal-kuntratt konkluż bejn l-imsemmija impriża u l-awtorità kontraenti fuq il-bażi tal-offerta miftiehma li din kienet issottomettiet. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika d-data li fiha l-karatteristiċi essenzjali tal-kuntratt inkwistjoni, u b’mod partikolari l-prezz globali li għandu jitħallas bħala korrispettiv għax-xogħlijiet, ikunu ġew definittivament iddeterminati.


    (1)  ĠU C 280, 19.8.2019


    Top