EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0429

Kawża C-429/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Koblenz – il-Ġermanja) – Remondis GmbH vs Abfallzweckverband Rhein-Mosel-Eifel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/24/UE – Artikolu 12(4) – Kamp ta’ applikazzjoni – Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet fis-settur pubbliku – Kunċett ta’ “kooperazzjoni” – Assenza)

ĠU C 262, 10.8.2020, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Oberlandesgericht Koblenz – il-Ġermanja) – Remondis GmbH vs Abfallzweckverband Rhein-Mosel-Eifel

(Kawża C-429/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 12(4) - Kamp ta’ applikazzjoni - Kuntratti pubbliċi bejn entitajiet fis-settur pubbliku - Kunċett ta’ “kooperazzjoni” - Assenza)

(2020/C 262/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Koblenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Remondis GmbH

Konvenut: Abfallzweckverband Rhein-Mosel-Eifel

Dispożittiv

L-Artikolu 12(4)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li kooperazzjoni bejn awtoritajiet kontraenti ma tistax tkun ikkaratterizzata meta awtorità kontraenti, li fit-territorju tagħha hija responsabbli minn funzjoni ta’ interess pubbliku, ma twettaqx hija stess din il-missjoni li hija responsabbli għaliha biss skont id-dritt nazzjonali u li teħtieġ it-twettiq ta’ diversi operazzjonijiet, iżda tinkariga awtorità kontraenti oħra, li ma tiddependix minnha u li hija wkoll responsabbli għal din il-funzjoni ta’ interess pubbliku fit-territorju tagħha stess, biex twettaq waħda mill-operazzjonijiet meħtieġa għal remunerazzjoni.


(1)  ĠU C 288, 26.08.2019.


Top