Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0383

    Kawża C-383/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Hames Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim – il-Polonja) – Powiat Ostrowski vs Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur – Direttiva 2009/103/KE – L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 – Obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni – Portata – Awtorità lokali li tkun xtrat vettura b’mod ġudizzjarju – Vettura rreġistrata, li tinsab f’art privata u intiża li tinqered)

    ĠU C 263, 5.7.2021, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.7.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 263/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Hames Awla) tad-29 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim – il-Polonja) – Powiat Ostrowski vs Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny

    (Kawża C-383/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur - Direttiva 2009/103/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 - Obbligu li jiġi konkluż kuntratt ta’ assigurazzjoni - Portata - Awtorità lokali li tkun xtrat vettura b’mod ġudizzjarju - Vettura rreġistrata, li tinsab f’art privata u intiża li tinqered)

    (2021/C 263/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Sąd Rejonowy w Ostrowie Wielkopolskim

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Powiat Ostrowski

    Konvenut: Ubezpieczeniowy Fundusz Gwarancyjny

    Dispożittiv

    L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konklużjoni ta’ kuntratt ta’ assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vettura bil-mutur hija obbligatorja meta l-vettura kkonċernata tkun irreġistrata fi Stat Membru, meta din il-vettura ma tkunx ġiet irtirata regolarment mill-użu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli.


    (1)  ĠU C 280, 19.8.2019.


    Top