EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0132

Kawża C-132/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2020 – Groupe Canal + vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Reppublikka Franċiza, Union des producteurs de cinéma (UPC), C More Entertainment AB, European Film Agency Directors – EFAD’s, Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC) (Appell – Kompetizzjoni – Akkordji – Distribuzzjoni televiżiva – Regolament (KE) Nru 1/2003 – Artikolu 9 u Artikolu 16(1) – Impenji magħmula vinkolanti minn deċiżjoni – Protezzjoni territorjali assoluta – Użu ħażin ta’ poter – Evalwazzjoni preliminari – Assenza ta’ obbligu għall-Kummissjoni Ewropea li tieħu inkunsiderazzjoni kunsiderazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE – Ftehimiet li għandhom bħala għan li jikkompartimentalizzaw is-swieq nazzjonali – Assenza ta’ obbligu għall-Kummissjoni li tanalizza s-swieq nazzjonali kkonċernati wieħed wieħed – Proporzjonalità – Ksur tad-drittijiet kuntrattwali tat-terzi)

ĠU C 44, 8.2.2021, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 44/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2020 – Groupe Canal + vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Reppublikka Franċiza, Union des producteurs de cinéma (UPC), C More Entertainment AB, European Film Agency Directors – EFAD’s, Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC)

(Kawża C-132/19 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Distribuzzjoni televiżiva - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 9 u Artikolu 16(1) - Impenji magħmula vinkolanti minn deċiżjoni - Protezzjoni territorjali assoluta - Użu ħażin ta’ poter - Evalwazzjoni preliminari - Assenza ta’ obbligu għall-Kummissjoni Ewropea li tieħu inkunsiderazzjoni kunsiderazzjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 101(3) TFUE - Ftehimiet li għandhom bħala għan li jikkompartimentalizzaw is-swieq nazzjonali - Assenza ta’ obbligu għall-Kummissjoni li tanalizza s-swieq nazzjonali kkonċernati wieħed wieħed - Proporzjonalità - Ksur tad-drittijiet kuntrattwali tat-terzi)

(2021/C 44/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Groupe Canal + (rappreżentanti: P. Wilhelm, P. Gassenbach u O. de Juvigny, avocats)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, C. Urraca Caviedes u L. Wildpanner, aġenti), ir-Reppublikka Franċiza (rappreżentanti: E. de Moustier u M. P. Dodeller, aġenti), Union des producteurs de cinéma (UPC) (rappreżentanti: E. Lauvaux, avocat), C More Entertainment AB, European Film Agency Directors – EFADs (rappreżentant: O. Sasserath, avocat), Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC) (rappreżentanti: A. Fratini, avvocatessa),

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta’ Diċembru 2018, Groupe Canal + vs Il-Kummissjoni (T-873/16, EU:T:2018:904), hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-26 ta’ Lulju 2016 li tirrigwarda proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim dwar iż-ŻEE (Każ AT.40023 – Aċċess transkonfinali għal televiżjoni bi ħlas) hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnut minn Groupe Canal + SA, il-European Film Agency Directors – EFADs, l-Union des producteurs de cinéma (UPC) fil-kuntest ta’ dan l-appell u tal-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll dawk sostnuti minn C More Entertainment AB fil-kuntest tal-proċedura tal-ewwel istanza.

4)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

5)

Il-Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 131, 8.4.2019


Top