Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0599

    Kawża T-599/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2018 – Aeris Invest vs BUR

    ĠU C 427, 26.11.2018, p. 101–101 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/101


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Ottubru 2018 – Aeris Invest vs BUR

    (Kawża T-599/18)

    (2018/C 427/133)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Aeris Invest Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset, P. Medina Sánchez, u A. Sellés Marco, avukati)

    Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Settembru 2018; u

    tikkundanna lill-Bord Uniku tar-Riżoluzzjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, kontra d-deċiżjoni tal-Bord Uniku tar-Riżoluzzjoni (iktar ’il quddiem “BUR”), tal-14 ta’ Settembru 2018, li ma jwettaqx l-evalwazzjoni definittiva ex-post fil-kuntest tad-Deċiżjoni SRB/EES/2017/08 tas-7 ta’ Ġunju 2017, dwar strument ta’ riżoluzzjoni fir-rigward tal-istabbiliment tal-Banco Popular Español, S.A (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”), ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20(11) tar-Regolament Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1). Dan il-motiv huwa maqsum fi tliet partijiet.

    L-ewwel parti, hija bbażata fuq l-argument li d-deċiżjoni kkontestata tiddeċiedi dwar il-possibbiltà li jiġu rkuprati l-krediti jew li jiżdied il-valur tal-korrispettiv imħallas mingħajr ma titwettaq evalwazzjoni ex post finali.

    It-tieni parti, hija bbażata fuq l-argument li l-BUR ma kienx ivverifika li l-informazzjoni li fuqha ssir l-evalwazzjoni hija riċenti u sħiħa kemm jista’ jkun possibbli sabiex kull telf subit fuq l-attivi ta’ entità jittieħdu inkunsiderazzjoni b’mod sħiħ.

    It-tielet parti, hija bbażata fuq il-ksur tal-ġurisprudenza Meroni safejn il-Kummissjoni kellha l-obbligu li tawtorizza d-deċiżjoni tal-BUR li ma jiżgurax li ssir evalwazzjoni ex post finali.

    2.

    It-tieni motiv, huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter li jivvizzja d-deċiżjoni kkontestata u ġie ppruvat b’numru ta’ indizji oġġettivi, rilevanti u konsistenti. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tevita l-proċedura tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 imsemmi iktar ’il fuq u li l-għan tal-BUR billi jadotta din id-deċiżjoni tal-aħħar kien li jostor is-sitwazzjoni reali tal-Banco Popular Español, S.A.

    Top