This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0575
Case T-575/18: Action brought on 25 September 2018 — Shore Capital International v EUIPO — Circle Imperium (The Inner Circle)
Kawża T-575/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – Shore Capital International vs EUIPO – Circle Imperium (The Inner Circle)
Kawża T-575/18: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – Shore Capital International vs EUIPO – Circle Imperium (The Inner Circle)
ĠU C 427, 26.11.2018, p. 93–94
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 427/93 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2018 – Shore Capital International vs EUIPO – Circle Imperium (The Inner Circle)
(Kawża T-575/18)
(2018/C 427/123)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Shore Capital International Ltd (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Circle Imperium BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża:il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark The Inner Circle – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 266 666.
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 1402/2017-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tiċħad l-appell tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-konvenut tas-26 ta’ April 2017, u għalhekk tilqa’ l-applikazzjoni tal-proprjetarju tar-reġistrazzjoni internazzjonali għall-protezzjoni tat-trade mark internazzjonali “The Inner Circle” (Nru 1 266 666) fl-Unjoni Ewropea fil-klassi 41; |
— |
tikkundanna lill-proprjetarju tar-reġistrazzjoni internazzjonali u lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż neċessarji sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |