Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0568

    Kawża T-568/18: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2018 – Local-e-motion vs EUIPO – Volkswagen (WE)

    ĠU C 427, 26.11.2018, p. 92–92 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/92


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2018 – Local-e-motion vs EUIPO – Volkswagen (WE)

    (Kawża T-568/18)

    (2018/C 427/121)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Local-e-motion GmbH (Dorsten, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Sprenger, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “WE” bil-kuluri iswed, aħmar u griż – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 225 675

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Lulju 2018 fil-Każ R 128/2018-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    temenda d-deċiżjoni kkontestata b’mod li l-oppożizzjoni tiġi miċħuda;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top