Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0553

    Kawża T-553/18: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2018 – Rodríguez Gómez vs Il-Kunsill

    ĠU C 427, 26.11.2018, p. 88–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/88


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2018 – Rodríguez Gómez vs Il-Kunsill

    (Kawża T-553/18)

    (2018/C 427/116)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Delcy Eloina Rodríguez Gómez (Karakas, il-Venezwela) (rappreżentanti: F. Di Gianni u L. Giuliano, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/901 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (1) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/899 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (2), sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jikkonċernaw lir-rikorrenti; u

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-atti kkontestati huma vvizzjati minn żball manifest ta’ evalwazzjoni u nuqqas ta’ provi preċiżi u konsistenti.

    F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill wettaq żball manifest ta’ evalwazzjoni f’dak li jikkonċerna l-funzjonijiet u r-rwoli tar-rikorrenti u ma pprovdiex provi preċiżi u konsistenti insostenn tat-teżi tiegħu. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill naqas milli jwettaq evalwazzjoni xierqa tal-provi jew, tal-inqas, evalwahom b’mod manifestament żbaljat.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq li l-miżuri restrittivi imposti mill-atti kkontestati jikkostitwixxu restrizzjoni mhux iġġustifikata u sproporzjonata tad-dritt fundamentali tar-rikorrenti għall-proprjetà.


    (1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/901 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 160I, 25.6.2018, p. 12).

    (2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/899 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela (ĠU L 160I , 25.6.2018, p. 5).


    Top