EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0500

Kawża T-500/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2018 – Puma vs EUIPO – Destilerias MG (MG PUMA)

ĠU C 373, 15.10.2018, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.10.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 373/15


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2018 – Puma vs EUIPO – Destilerias MG (MG PUMA)

(Kawża T-500/18)

(2018/C 373/16)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Trieb u M. Schunke, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Destilerias MG SL (Vilanova i la Geltru, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea MG PUMA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 108 848

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Ġunju 2018 fil-Każ R 2019/2017-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk esposti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001.


Top