Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0223

    Kawża T-223/18: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2018 – Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 190, 4.6.2018, p. 38–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 190/38


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2018 – Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-223/18)

    (2018/C 190/63)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Casa Regina Apostolorum della Pia Società delle Figlie di San Paolo (Albano Laziale, l-Italja) (rappreżentant: F. Rosi, avvocato)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    Tilqa’ dan ir-rikors u b’hekk tiddikjara l-annullament tal-miżura tal-Kummissjoni għaliex mhux motivat, u lanqas ma huwa bbażat fuq preżupposti istruttorji ċerti.

    Tirrikonoxxi l-applikazzjoni tas-sistema sanitarja Taljana taħt l-iskema SIEG u b’hekk tal-prinċipji stabbiliti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Altmark tal-2003 b’riferiment tal-Artikoli 106 u 107 TFUE għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat. Dan sabiex jiġi aċċertat l-operat tar-regione Lazio fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-istrutturi pubbliċi, li kellhom isegwu l-prinċipji stabbiliti fid-dispożizzjonijiet indikati hawn fuq u b’dan il-mod jillimitaw il-pagamenti tal-istrutturi sanitarji pubbliċi skont il-previżjonijiet ta’ kumpens tal-ispejjeż skont il-kriterji ffissati fis-sentenza Altmark b’riferiment għall-imsemmija azjenda medja, u jiddikjaraw il-finanzjament eċċessiv bħala kumpens żejjed.

    Tirrikonoxxi lir-rikorrenti li r-reġjuni tħallasha skont il-prinċipju ta’ azjenda medja u b’hekk ukoll fid-dawl taż-żidiet tal-ispejjeż tax-xogħol, u dan b’riferiment għall-impjegati kollha li ħadmu għal din l-istruttura mill-2005 sal-2006, billi tiffissa dan bħala parametru għas-snin futuri.

    B’kull konsegwenza taħt il-liġi anki għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż ġudizzjarji u dawk sostnuti mir-rikorrenti.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Dan ir-rikors huwa intiż kontra d-Deċiżjoni C (2017) 7973 finali tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Diċembru 2017, li ċaħdet id-denunzja ppreżentata mir-rikorrenti, sptar reliġjuż Taljan, fir-rigward tal-allegat kumpens lill-isptarijiet pubbliċi fil-Lazio. Id-deċiżjoni kkontestata tqis li l-miżuri ddenunzjati ma jikkostiwixxux għajnuna mill-istat.

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq tliet motivi.

    1.

    L-ewwel nett qed jiġi kkontestat l-użu tal-lingwa Ingliża għall-formulazzjoni tal-miżura finali bħala lingwa b’saħħa ta’ liġi.

    2.

    Bit-tieni motiv qed jiġi kkontestat nuqqas ta’ motivazzjoni. Il-Kummissjoni naqset kompletament li tieħu inkunsiderazzjoni xi aspetti sostanzjali tal-kwistjoni, u li tikkontesta xi eċċezzjonijiet imqajma mir-rikorrenti li ġew ipprovati b’dokumentazzjoni ppreżentata. Hemm l-obbligu tal-Kummissjoni li tirrispondi għall-kwistjonijiet kollha mir-rikorrenti skont il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ bona fide.

    3.

    Bit-tielet motiv, ir-rikorrenti tikkontesta l-fatt li taħt il-liġi Taljana s-sistema tas-saħħa hija kkaratterizzata bl-universalità tal-kura, jiġifieri li l-100 % tas-servizzi tas-saħħa jitħallsu mis-Dipartiment tas-Saħħa Nazzjonali. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkontesta lill-Kummissjoni li ma għandhiex il-prova li l-Istat Taljan jiffinanzja u b’hekk ikopri l-100 % tal-kura taċ-ċittadini tiegħu, aspett li huwa nieqes minn kull konferma fattwali. Ir-rikorrenti kkontestat il-fatt li l-universalità ma hijiex kunċett astratt, imma għandha tiġi identifikata konkretament, trid tkun tista’ tiġi vverifikata, ipperċepita, u ma tistax tiġi preżunta li teżisti biss għaliex il-gvern Taljan qed jafferma dan.


    Top