EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0196

Kawża T-196/18: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2018 – Vital Capital Investments et vs Il-Kunsill et

ĠU C 166, 14.5.2018, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.5.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 166/43


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2018 – Vital Capital Investments et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-196/18)

(2018/C 166/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vital Capital Investments LP (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) u 6 oħra (rappreżentanti: A. Markides, M. Ioannides, C. Velaris u C. Velaris, avukati, A. Robertson, QC, u G. Rothschild, Barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, il-Grupp tal-Euro (rappreżentati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea) u L-Unjoni Ewropea (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ammonti msemmija fl-iskeda annessa mar-rikors flimkien mal-interess mis-26 ta’ Marzu 2013 sas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bħala kumpens għad-dannu subit b’riżultat tad-deċiżjonijiet tal-Grupp tal-Euro fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ Cyprus Popular Bank Public Co Ltd (iktar ’il quddiem “Laiki Bank”), tal-bail-in ta’ Bank of Cyprus Public Company Limited (iktar ’il quddiem “Bank of Cyprus”) u tal-bejgħ tal-assi u tan-negozju tal-banek imsemmija fil-Greċja, u/jew bħala riżultat tal-provvista ta’ għajnuna fil-forma ta’ likwidità ta’ emerġenza lil Laiki Bank bil-kunsens tal-Bank Ċentrali Ewropew u tat-trasferiment sussegwenti taħt id-direzzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tar-responsabbiltà rilevanti lil Bank of Cyprus;

jew alternattivament:

tiddikjara li l-konvenuti għandhom responsabbiltà mhux kuntrattwali u tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita bil-għan li jiġi stabbilit it-telf effettivament rekuperabbli tar-rikorrenti;

u f’kull każ:

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti l-ispejjeż tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-147/18, APG Intercon et vs Il-Kunsill et.


Top