This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TN0190
Case T-190/18: Action brought on 15 March 2018 — Solwindet las Lomas v Commission
Kawża T-190/18: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2018 – Solwindet las Lomas vs Il-Kummissjoni
Kawża T-190/18: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2018 – Solwindet las Lomas vs Il-Kummissjoni
ĠU C 190, 4.6.2018, p. 33–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/33 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Marzu 2018 – Solwindet las Lomas vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-190/18)
(2018/C 190/56)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Solwindet las Lomas, SL (Girona, Spanja) (rappreżentant: L. Sandberg Mørch, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-10 ta’ Novembru 2017 fil-każ tal-għajnuna mill-Istat SA.40348 (2015/NN) – Spanja – Appoġġ għall-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinovabbli, koġenerazzjoni u skart; (1) |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali. Ir-rikorrenti tallega li hemm provi ta’ diffikultajiet serji fir-rigward tat-tul u ċ-ċirkustanzi tal-proċedura ta’ investigazzjoni preliminari. |
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ħlasijiet riċevuti minn faċilitajiet eżistenti taħt l-iskema preċedenti. |
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l- Kummissjoni ma osservatx l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni fir-rigward tal-allegata eżistenza ta’ għajnuna b’rabta mal-ħlasijiet riċevuti mill-faċilitajiet eżistenti taħt l-iskema preċedenti. |