Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0162

    Kawża T-162/18: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2018 – Beko vs EUIPO – Acer (ALTUS)

    ĠU C 152, 30.4.2018, p. 58–58 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 152/58


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2018 – Beko vs EUIPO – Acer (ALTUS)

    (Kawża T-162/18)

    (2018/C 152/68)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Beko plc (Watford, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Tritton, barrister)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Acer, Inc. (Tajpei, it-Tajwan)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-UE ALTUS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 490 809

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1991/2016-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-kawża lill-EUIPO sabiex jeżamina mill-ġdid it-talba għal sospensjoni;

    tordna s-sospensjoni tal-proċeduri;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

    Motiv invokat

    L-EUIPO żbalja meta ma laqax it-talba għas-sospensjoni tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni sal-eżitu tal-proċedura Slovakka. B’mod partikolari, ir-raġunament tal-Ħames Bord tal-Appell kien manifestament żbaljat u/jew irraġonevoli u/jew naqas milli jindirizza l-“problema fl-intier tagħha” u għalhekk ma kienx f’pożizzjoni li jqis id-diversi interessi inkwistjoni u/jew kien jammonta għal abbuż tal-poter.


    Top