Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0154

    Kawża T-154/18: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

    ĠU C 152, 30.4.2018, p. 54–55 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 152/54


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2018 – Sona Nutrition vs EUIPO – Solgar Holdings (SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA)

    (Kawża T-154/18)

    (2018/C 152/64)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sona Nutrition Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Solgar Holdings, Inc. (Ronkonkoma, New York, l-Istati Uniti)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni, bil-kuluri aħdar, kannella ċar, beige, kannella skur u kannella li jxaqleb lejn kulur id-deheb, li tinkludi l-element verbali “SOLGAR Since 1947 MultiPlus WHOLEFOOD CONCENTRATE MULTIVITAMIN FORMULA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 781 273

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 1322/2017-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO, u lil Solgar Holdings, Inc. fil-każ li tagħmel intervent, għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament 2017/1001.


    Top