Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0136

    Kawża T-136/18: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Kuota International vs EUIPO – Sintema Sport (K)

    ĠU C 166, 14.5.2018, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 166/34


    Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2018 – Kuota International vs EUIPO – Sintema Sport (K)

    (Kawża T-136/18)

    (2018/C 166/44)

    Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kuota International Corp. Ltd (il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: C. Herissay Ducamp, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sintema Sport Srl (Albiate, l-Italja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva K – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 380 771

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ R 3111/2014-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    taqta’ u tiddeċiedi li dan ir-rikors huwa ammissibbli;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn hija qieset li r-rikorrenti ma tatx il-prova tal-mala fide u sa fejn qieset li l-azzjoni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea ma tistax tintlaqa’;

    tannulla t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 11 380 771 abbażi tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Arikolu 59(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001.


    Top