EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TN0125

Kawża T-125/18: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Associazione – GranoSalus vs Il-Kummissjoni

ĠU C 152, 30.4.2018, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.4.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 152/46


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2018 – Associazione – GranoSalus vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/18)

(2018/C 152/56)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Associazione Nazionale Granosalus – Liberi – Cerealicoltori & Consumatori (Associazione – GranoSalus) (Foggia, l-Italja) (rappreżentant: G. Dalfino, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2324 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jġedded l-approvazzjoni tas-sustanza attiva glifosat skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożittiv magħqud tal-Artikoli 168, 169 u 191 TFUE u tal-Artikolu 35 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tar-Regolament (KE) Nru 2009/1107, ir-Regolament (UE) Nru 2016/429 u r-Regolament (UE) Nru 2013/1305, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 2017/2393, id-Direttiva 98/83/KE u d-Direttiva (UE) 2015/1787; il-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prinċipji ta’ proporzjonalità u raġonevolezza kif ukoll tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, legalità u trasparenza amministrattiva; l-eċċess minħabba żnaturament tal-fatti, istruzzjoni u motivazzjoni insuffiċjenti u dehra ta’ motivazzjoni; in-nuqqas ta’ loġika manifesta, il-fondament żbaljat u ksur tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2324.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tinvoka:

Il-ksur permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2324 tal-prinċipji u l-prekawzjonijiet stabbiliti bir-Regolament (KE) 2009/1107 sabiex jiġu protetti s-saħħa tal-bniedem, il-konsumaturi, l-annimali u l-ambjent;

Il-ksur tal-prinċipju ta’ prekawzjoni u l-ksur tal-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali u tal-Qorti tal-Ġustizzja;

L-assenza ta’ investigazzjoni dwar l-effetti tal-glifosat, b’mod partikolari fuq l-annimali u l-ilma ta’ taħt l-art u ksur tal-proċeduri imposti bir-Regolament (KE) 2009/1107;

L-illegalità tal-ispeċifikazzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2324 sa fejn huma mħollija għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri mingħajr ma jiġu imposti parametri ta’ riferiment.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2324 għal ksur tad-dritt għas-saħħa tal-assoċjati Granosalus u kuntrarju għal-linji gwida ta’ PAK tar-Regolament Nru 1305/2013, kif emendat mir-Regolament (UE) 2017/2393.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tinvoka:

Il-fatt li l-preżenza ta’ glifosat fil-prodotti u l-oġġetti ta’ użu ta’ kuljum taffettwa s-saħħa tal-assoċjati Granosalus bħala ċittadini tal-Unjoni Ewropea u bħala konsumaturi;

Il-fatt li l-użu tal-glifosat jaffettwa l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-assoċjati Granosalus assoċjati u l-applikazzjoni tajba tas-sistema tal-kompetizzjoni fit-territorju tal-Unjoni Ewropea.


Top