This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018TJ0574
Judgment of the General Court (Fourth Chamber) of 28 May 2020 (Extracts).#Agrochem-Maks d.o.o. v European Commission.#Plant-protection products — Active substance oxasulfuron — Non-renewal of approval for placing on the market — Obligation to state reasons — Article 41(2)(c) of the Charter of Fundamental Rights — Manifest error of assessment — Article 6(f) of Regulation (EC) No 1107/2009 and point 2.2 of Annex II to Regulation No 1107/2009 — Precautionary principle.#Case T-574/18.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (Estratti).
Agrochem-Maks d.o.o. vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva oksasulfuron – Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Artikolu 6(f) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u Punt 2.2 tal-Anness II tar-Regolament Nru 1107/2009 – Prinċipju ta’ prekawzjoni.
Kawża T-574/18.
Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat-28 ta’ Mejju 2020 (Estratti).
Agrochem-Maks d.o.o. vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva oksasulfuron – Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Artikolu 6(f) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u Punt 2.2 tal-Anness II tar-Regolament Nru 1107/2009 – Prinċipju ta’ prekawzjoni.
Kawża T-574/18.
Court reports – general – 'Information on unpublished decisions' section
ECLI identifier: ECLI:EU:T:2020:226
SENTENZA TAL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla)
28 ta’ Mejju 2020 ( *1 )
“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Sustanza attiva oksasulfuron – Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni għall-finijiet tat-tqegħid fis-suq – Obbligu ta’ motivazzjoni – Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Artikolu 6(f) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 u Punt 2.2 tal-Anness II tar-Regolament Nru 1107/2009 – Prinċipju ta’ prekawzjoni”
Fil-Kawża T‑574/18,
Agrochem-Maks d.o.o., stabbilita f’Żagreb (il-Kroazja), irrappreżentata minn S. Pappas, avukat,
rikorrenti,
vs
Il-Kummissjoni Ewropea, irrappreżentata minn A. Lewis, I. Naglis u G. Koleva, bħala aġenti,
konvenuta,
sostnuta minn
Ir-Renju tal-Isvezja, irrappreżentat minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, H. Shev, J. Lundberg u H. Eklinder, bħala aġenti,
intervenjent,
li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1019 tat‑18 ta’ Lulju 2018 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva oksasulfuron, b’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2018, L 183, p. 14),
IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla),
komposta minn S. Gervasoni, President, L. Madise (Relatur) u R. Frendo, Imħallfin,
Reġistratur: E. Coulon,
tagħti l-preżenti
Sentenza ( 1 )
[omissis]
Id-dritt
[omissis]
Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 6(f) tar-Regolament Nru 1107/2009, tal-Punt 2.2 tal-Anness II tal-imsemmi regolament u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-allegati lakuni fid-data
[omissis]
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti żżid li, fir-rigward tal-approvazzjoni jew tat-tiġdid tal-approvazzjoni ta’ sustanza attiva, in-natura kompleta tal-fajl hija vverifikata b’mod definittiv mill-Istat Membru relatur fl-istadju tal-ammissibbiltà tal-applikazzjoni. Wara dan l-istadju, l-ammissibbiltà tal-applikazzjoni ma tistax tiġi kkontestata. L-EFSA tista’ titlob informazzjoni addizzjonali li għandha tiġi pprovduta f’terminu ta’ 90 jum (approvazzjoni) jew ta’ xahar (tiġdid), iżda hija ma tistax tikkontesta l-ammissibbiltà stess tal-applikazzjoni għat-tiġdid ta’ sustanza attiva.
[omissis]
106 |
Fit-tielet lok, l-argument tar-rikorrenti li jgħid li, sa fejn l-Istat Membru relatur ikun iddikjara ammissibbli l-applikazzjoni għal tiġdid, skont l-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 844/2012, l-EFSA ma tistax iktar tikkontesta n-natura kompleta tal-informazzjoni kkomunikata mill-applikant, huwa infondat. Fil-fatt, il-fatt li l-fajl ikun jinkludi formalment l-elementi kollha msemmija fl-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament ma jiddeterminax minn qabel, waħdu, il-kwalità tal-imsemmija elementi mil-lat xjentifiku, li tista’ teħtieġ studju fil-fond u tista’ tkun is-suġġett ta’ diverġenzi ta’ evalwazzjoni bejn l-Istat Membru relatur u l-EFSA, fir-rigward tan-natura suffiċjenti jew le tagħhom sabiex tintlaqa’ applikazzjoni għal tiġdid. F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat li l-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 844/2012 jeżiġi biss il-komunikazzjoni tad-dokumenti msemmija fid-dispożizzjonijiet tiegħu għall-finijiet tat-tfassil ta’ fajl imsejjaħ “addizzjonali”. Skont l-Artikolu 8 tal-istess regolament, din hija kundizzjoni ta’ ammissibbiltà tal-applikazzjoni u, għaldaqstant, rekwiżit formali, li, jekk jiġi ssodisfatt, jagħti lok għall-evalwazzjoni tal-mertu tal-fajl imsemmi fil-Kapitolu 2 ta’ dan ir-regolament. Għandu jiġi kkonstatat li l-fatt li l-applikazzjoni tkun formalment iddikjarata ammissibbli, fis-sens tal-Artikolu 8 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 844/2012, ma jeskludix li l-Istat Membru jkun jeħtieġ informazzjoni addizzjonali, skont l-Artikolu 11(5) tal-imsemmi regolament, u lanqas li l-EFSA tkun teħtieġ informazzjoni addizzjonali, skont l-Artikolu 13(3) tal-istess regolament. Barra minn hekk, dan kien il-każ f’din il-kawża, peress li, permezz tal-komunikazzjoni tat‑13 ta’ Lulju 2016, ir-rikorrenti rċeviet ittra mill-EFSA li permezz tagħha talbitha informazzjoni addizzjonali fir-rigward tal-oksasulfuron. [omissis] |
Għal dawn il-motivi, IL-QORTI ĠENERALI (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
|
Gervasoni Madise Frendo Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit‑28 ta’ Mejju 2020. Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.
( 1 ) Qed jiġu riprodotti biss il-punti ta’ din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li l-pubblikazzjoni tagħhom hija utli.