EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0755

Kawża T-755/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2020 – FL Brüterei M-V et vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament u għad-danni – Agrikoltura bijoloġika – Produzzjoni tal-bhejjem – Regoli ta’ produzzjoni eċċezzjonali applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ input agrikolu bijoloġiku – Użu ta’ annimali mhux bijoloġiċi – Proroga tal-perijodu ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ produzzjoni eċċezzjonali – Nuqqas ta’ impatt dirett – Assenza ta’ ksur ikkaratterizzat biżżejjed ta’ regola ta’ liġi li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament nieqes minn kull bażi fil-liġi”)

ĠU C 371, 3.11.2020, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 371/10


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2020 – FL Brüterei M-V et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-755/18) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Agrikoltura bijoloġika - Produzzjoni tal-bhejjem - Regoli ta’ produzzjoni eċċezzjonali applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ input agrikolu bijoloġiku - Użu ta’ annimali mhux bijoloġiċi - Proroga tal-perijodu ta’ applikazzjoni tar-regoli ta’ produzzjoni eċċezzjonali - Nuqqas ta’ impatt dirett - Assenza ta’ ksur ikkaratterizzat biżżejjed ta’ regola ta’ liġi li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament nieqes minn kull bażi fil-liġi”)

(2020/C 371/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: FL Brüterei M-V GmbH (Finkenthal, il-Ġermanja), Erdegut GmbH (Finkenthal), Ökofarm Groß Markow GmbH (Lelkendorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Dawes, B. Eggers u B. Hofstötter, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1584 tat-22 ta’ Ottubru 2018 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU 2018, L 264, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens, l-ewwel nett, għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-adozzjoni tal-artikolu msemmi u, it-tieni nett, għad-dannu allegatament subit minn FL Brüterei M-V minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni milli tħares l-osservanza min-naħa tal-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi tal-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008, tal-5 ta’ Settembru 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU 2008, L 250, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

FL Brüterei M-V GmbH, Erdegut GmbH u Ökofarm Groß Markow GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 93, 11.3.2019.


Top