Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0503

Kawża T-503/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — Haba Trading vs EUIPO — Vida (vidaXL) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deiċżjoni”)

ĠU C 164, 13.5.2019, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2019 — Haba Trading vs EUIPO — Vida (vidaXL)

(Kawża T-503/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deiċżjoni”)

(2019/C 164/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Haba Trading BV (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: B. Schneiders u A. Brittner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u H. O’Neill, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vida AB (Alvesta, l-Isvezja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2018 (Każ R 190/2016-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vida AB u Haba Trading BV.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Haba Trading BV hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 373, 15.10.2018


Top