Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0417

    Kawża T-417/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2018 – CdT vs EUIPO (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Dritt istituzzjonali — Servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-funzjonament tal-EUIPO — Użu ta’ fornituri esterni — Talba għal miżuri provviżorji — Nuqqas ta’ urġenza”)

    ĠU C 381, 22.10.2018, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 381/26


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2018 – CdT vs EUIPO

    (Kawża T-417/18 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Dritt istituzzjonali - Servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-funzjonament tal-EUIPO - Użu ta’ fornituri esterni - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”))

    (2018/C 381/31)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) (rappreżentanti: J. Rikkert u M. M. Garnier, aġenti)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentanti: N. Bambara u D. Hanf, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-EUIPO dwar miżuri intiżi sabiex ikunu jistgħu jintużaw fornituri oħra minbarra ċ-CDT għas-servizzi ta’ traduzzjoni neċessarji għall-funzjonament tiegħu u, min-naħa l-oħra, sabiex l-EUIPO jiġi ordnat jippubblika fis-Suppliment għal Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea avviż ta’ sospensjoni relatat mas-sejħa għal offerti tiegħu dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni u ma jiffirmax kuntratti relatati ma’ din is-sejħa għal offerti.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top