Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0251

    Kawża T-251/18 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2018 – IFSUA vs Il-Kunsill (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut — Miżuri għas-sajd tal-ispnotta Ewropea — Projbizzjoni ta’ qbid fil-kuntest tas-sajd rikreattiv — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

    ĠU C 381, 22.10.2018, p. 26–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 381/26


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Awwissu 2018 – IFSUA vs Il-Kunsill

    (Kawża T-251/18 R)

    ((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut - Miżuri għas-sajd tal-ispnotta Ewropea - Projbizzjoni ta’ qbid fil-kuntest tas-sajd rikreattiv - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza))

    (2018/C 381/30)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: International Forum for Sustainable Underwater Activities (IFSUA) (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: T. Gui Mori, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u P. Plaza García, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Morales Puerta, F. Moro u A. Stobiecka-Kuik, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 9(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/120 tat-23 ta’ Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU 2018, L 27, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top