EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0239

Kawża T-239/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2019 — SKS Import Export vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Moviment liberu tal-kapital — Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) — Direttiva (UE) 2015/849 — Regolament Delegat (UE) 2018/212 — Inklużjoni tat-Tuneżija fil-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir — Nuqqas ta’ inċidenza diretta — Inammissibbiltà”)

ĠU C 164, 13.5.2019, p. 49–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 164/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2019 — SKS Import Export vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-239/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Moviment liberu tal-kapital - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) - Direttiva (UE) 2015/849 - Regolament Delegat (UE) 2018/212 - Inklużjoni tat-Tuneżija fil-lista ta’ pajjiżi terzi b’riskju kbir - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

(2019/C 164/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société Kammama Saber (SKS) Import Export (Sousse Jawhara, it-Tuneżija) (rappreżentant: H. Chelly, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, A. Bouquet u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/212 tat-13 ta’ Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/1675 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward taż-żieda tas-Sri Lanka, Trinidad u Tobago u t-Tuneżija fit-tabella fil-punt I tal-Anness (ĠU 2018, L 41, p. 4).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-kumpannija Kammana Saber (SKS) Import Export hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


Top