Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0081

    Kawża T-81/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020 – Barata vs Il-Parlament (“Servizz pubbliku – Uffiċjali – Promozzjoni – Proċedura ta’ ċertifikazzjoni – Proċedura ta’ promozzjoni 2016 – Esklużjoni mil-lista definittiva tal-uffiċjali awtorizzati li jsegwu l-programm ta’ taħriġ – Artikolu 45a tar-Regolamenti tal-Persunal – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Ugwaljanza fit-trattament – Drittijiet tad-difiża”)

    ĠU C 175, 25.5.2020, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/13


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2020 – Barata vs Il-Parlament

    (Kawża T-81/18) (1)

    (“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ ċertifikazzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2016 - Esklużjoni mil-lista definittiva tal-uffiċjali awtorizzati li jsegwu l-programm ta’ taħriġ - Artikolu 45a tar-Regolamenti tal-Persunal - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament - Drittijiet tad-difiża”)

    (2020/C 175/14)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: João Miguel Barata (Evere, il-Belġju) (rappreżentanti: G. Pandey, D. Rovetta u V. Villante, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Steele u I. Terwinghe, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tat-30 ta’ Ottubru 2017 li permezz tagħha l-Parlament ċaħad l-ilment tar-rikorrent, it-tieni nett, tal-ittra tal-20 ta’ Marzu 2017 li kienet tinkludi l-opinjoni tal-Kumitat konġunt għall-proċedura ta’ ċertifikazzjoni li permezz tagħha ġie rrakkomandat lill-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad ir-rikors tar-rikorrent, it-tielet nett, tal-ittra tal-14 ta’ Frar 2017 li tinnotifikah bir-riżultati tiegħu u li informatu li abbozz ta’ lista ta’ seba’ uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ kien ġie stabbilit, ir-raba’ nett, tal-ittra tat-8 ta’ Diċembru 2016 li tinforma lir-rikorrent bir-riżultati tiegħu fi tmiem l-ewwel stadju tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni tal-2016, il-ħames nett, tal-ittra tal-21 ta’ Diċembru 2016 li tinforma lir-rikorrent dwar l-azzjoni meħuda fir-rigward tat-talba tiegħu għal eżami mill-ġdid u, is-sitt nett, tal-avviż ta’ kompetizzjoni interna 2016/014 tas-7 ta’ Ottubru 2016 ikkomunikat lill-persunal fl-20 ta’ Ottubru 2016 kif ukoll tal-abbozz tal-lista sħiħa tal-uffiċjali magħżula sabiex jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ li jirriżulta minn dan.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    João Miguel Barata huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 142, 23.4.2018.


    Top