Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0012

    Kawża T-12/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2019 — Zweirad-Center Stadler VS EUIPO — Triumph Designs (Triumph) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Triumph — Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti TRIUMPH — Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Raġuni relattiva ta’ rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Identità tas-sinjali — Karattru distintiv imsaħħaħ tat-trade mark preċedenti akkwistat permezz tal-użu — Xebh ta’ prodotti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    ĠU C 230, 8.7.2019, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 230/35


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2019 — Zweirad-Center Stadler VS EUIPO — Triumph Designs (Triumph)

    (Kawża T-12/18) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Triumph - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti TRIUMPH - Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Raġuni relattiva ta’ rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identità tas-sinjali - Karattru distintiv imsaħħaħ tat-trade mark preċedenti akkwistat permezz tal-użu - Xebh ta’ prodotti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

    (2019/C 230/43)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Zweirad-Center Stadler GmbH (Ratisbonne, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Ruess u A. Doepner-Thiele, sussegwentement minn P. Ruess, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u H. O’Neill, aġenti)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Triumph Designs Ltd (Swadlincote, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2017 (Każ R 665/2017-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Triumph Designs u Zweirad-Center Stadler.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Zweirad-Center Stadler GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

    3)

    Triumph Designs Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 72, 26.2.2018.


    Top