This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0836
Case C-836/18: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spain) lodged on 28 December 2018 — Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real v RH
Kawża C-836/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-28 ta’ Diċembru 2018 — Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real vs RH
Kawża C-836/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-28 ta’ Diċembru 2018 — Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real vs RH
ĠU C 139, 15.4.2019, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.4.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja) fit-28 ta’ Diċembru 2018 — Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real vs RH
(Kawża C-836/18)
(2019/C 139/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real
Konvenut: RH
Domandi preliminari
1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 68 tal-Kodiċi Ċivili Spanjol li jipprovdi li l-konjuġi għandhom jgħixu flimkien, l-obbligu impost fuq ċittadin Spanjol li ma eżerċitax id-dritt tiegħu ta’ moviment, li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tar-Real Decreto 240/2007, sabiex jiġi rrikonoxxut id-dritt ta’ residenza tal-konjuġi tiegħu ċittadin ta’ Stat terz, skont l-Artikolu 7(2) tar-Real Decreto, jista’ jimplika, f’każ li dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfatti, li hemm ksur tal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jekk, b’konsegwenza tar-rifjut ta’ dan id-dritt, iċ-ċittadin Spanjol jkun obbligat jitlaq mit-territorju tal-Unjoni fl-intier tiegħu? |
2) |
Fi kwalunkwe każ, indipendentement mis-suespost u mir-risposta għad-domanda preċedenti, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fosthom, inter alia, is-sentenza tat-8 ta’ Mejju 2018, C-82/16, KA et vs Belgische Staat (1), l-Artikolu 20 tat-TFUE jipprekludi l-prassi tal-Istat Spanjol li tikkonsisti fl-applikazzjoni automatika tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tar-[Real Decreto] 240/2007, billi tirrifjuta l-permess ta’ residenza lil [membru tal-familja] ta’ ċittadin tal-Unjoni li qatt ma eżerċitax id-dritt tiegħu ta’ moviment liberu, sempliċiment peress li ċ-ċittadin tal-Unjoni ma jissodisfax il-kundizzjonijiet previsti f’dan l-artikolu, mingħajr ma twettaq eżami konkret u individwali tal-kwistjoni dwar jekk teżistix relazzjoni ta’ dipendenza bejn dan iċ-ċittadin tal-Unjoni u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ta’ natura tali li, għal xi raġuni tkun xi tkun u fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, twassal sabiex f’każ ta’ rifjut tad-dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, iċ-ċittadin tal-Unjoni ma jkunx jista’ jissepara ruħu mill-membru tal-familja li jiddependi fuqu u jkun obbligat li jitlaq mit-territorju tal-Unjoni? |
(1) Sentenza tat-8 ta’ Mejju 2018, K.A. et (Riunifikazzjoni tal-familja fil-Belġju) (C-82/16, EU:C:2018:308).