This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0788
Case C-788/18: Request for a preliminary ruling from the Commissione tributaria provinciale di Parma (Italy) lodged on 14 December 2018 — Stanleyparma Sas, Stanleybet Malta Ltd v Agenzia delle Dogane e dei Monopoli UM Emilia Romagna — SOT Parma
Kawża C-788/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja) fl-14 ta’ Diċembru 2018 – Stanleyparma Sas, Stanleybet Malta Ltd vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli UM Emilia Romagna – SOT Parma
Kawża C-788/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja) fl-14 ta’ Diċembru 2018 – Stanleyparma Sas, Stanleybet Malta Ltd vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli UM Emilia Romagna – SOT Parma
ĠU C 112, 25.3.2019, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Parma (l-Italja) fl-14 ta’ Diċembru 2018 – Stanleyparma Sas, Stanleybet Malta Ltd vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli UM Emilia Romagna – SOT Parma
(Kawża C-788/18)
(2019/C 112/29)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Parma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Stanleyparma Sas, Stanleybet Malta Ltd
Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli UM Emilia Romagna – SOT Parma
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 56, 57 u 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tas-servizzi tal-logħob u tal-imħatri u, b’mod partikolari, is-sentenzi Gambelli (Kawża C-243/01), Placanica (C-338/04), Costa u Cifone (Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10), u Laezza (C-375/14), u fil-qasam tad-diskriminazzjoni fiskali, b’mod partikolari, is-sentenzi Lindman (C-42/02), Il-Kummissjoni vs Spanja (C-153/08) u Blanco u Fabretti (Kawżi magħquda C-344/13 u C-367/13), u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni previsti fid-dritt tal-Unjoni, anki fid-dawl tas-sentenza tal-Corte Costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali, l-Italja) tat-23 ta’ Jannar 2018, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana inkwistjoni, li tipprevedi li l-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu data ta’ logħob f’isem operaturi ta’ mħatri stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li għandhom, b’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-kumpannija Stanleybet Malta Ltd, u sussidjarjament, tal-istess operaturi ta’ mħatri in solidum mal-intermedjarji nazzjonali tagħhom għandhom ikunu suġġetti għat-Taxxa Unika fuq l-Imħatri u fuq il-Kompetizzjonijiet ta’ Tbassir prevista fl-Artikoli 1 sa 3 tad-Digriet Leġiżlattiv tat-23 ta’ Diċembru 1998 Nru 504, kif emendati bl-Artikolu 1(66)(b) tal-Liġi Finanzjarja tal-2011. |
2) |
L-Artikoli 56, 57 u 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tas-servizzi tal-logħob u tal-imħatri u, b’mod partikolari, is-sentenzi Gambelli (Kawża C-243/01), Placanica (C-338/04), Costa u Cifone (Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10), u Laezza (C-375/14), u fil-qasam tad-diskriminazzjoni fiskali, b’mod partikolari, is-sentenzi Lindman (C-42/02), Il-Kummissjoni vs Spanja (C-153/08) u Blanco u Fabretti (Kawżi magħquda C-344/13 u C-367/13), u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni previsti fid-dritt tal-Unjoni, anki fid-dawl tas-sentenza tal-Corte Costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali) tat-23 ta’ Jannar 2018, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik Taljana inkwistjoni, li tipprevedi li huma biss l-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu data ta’ logħob f’isem operaturi ta’ mħatri stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li għandhom, b’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-kumpannija Stanleybet Malta Ltd, u mhux l-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu data ta’ logħob f’isem operaturi ta’ mħatri konċessjonarji tal-Istat li jwettqu l-istess attività, li għandhom ikunu suġġetti għat-Taxxa Unika fuq l-Imħatri u fuq il-Kompetizzjonijiet ta’ Tbassir prevista fl-Artikoli 1 sa 3 tad-Digriet Leġiżlattiv tat-23 ta’ Diċembru 1998 Nru 504, kif emendati bl-Artikolu 1(66)(b) tal-Liġi Finanzjarja tal-2011. |
3) |
L-Artikoli 52, 56 et seq tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-qasam tas-servizzi tal-logħob u tal-imħatri u l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni, anki fid-dawl tas-sentenza tal-Corte Costituzionale (il-Qorti Kostituzzjonali) tat-23 ta’ Jannar 2018, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik Taljana prevista fl-Artikolu 1(644)(g) tal-Liġi 190/2014, li timponi fuq l-intermedjarji nazzjonali li jittrażmettu data ta’ logħob f’isem operaturi ta’ mħatri stabbiliti fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea li għandhom, b’mod partikolari, il-karatteristiċi tal-kumpannija Stanleybet Malta Ltd., u eventwalment, fuq l-istess operaturi ta’ mħatri in solidum mal-intermedjarji nazzjonali tagħhom, l-obbligu li jħallsu t-Taxxa Unika fuq l-Imħatri prevista fid-Digriet Leġiżlattiv Nru 504/1998 fuq bażi taxxabbli b’rata fissa li hija ekwivalenti għat-tripplu tal-medja tal-ġbir imwettaq fil-provinċja fejn jinsab in-negozju jew il-punt ta’ ġbir, kif miksuba mid-data rreġistrata mit-totalizzatur nazzjonali għal-perijodu taxxabbli preċedenti għal dak ta’ riferiment. |