Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0781

    Kawża C-781/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Roma (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2018 – Società Italiana degli Autori ed Editori (S.I.A.E.) vs Soundreef Ltd

    ĠU C 112, 25.3.2019, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.3.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 112/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Roma (l-Italja) fit-12 ta’ Diċembru 2018 – Società Italiana degli Autori ed Editori (S.I.A.E.) vs Soundreef Ltd

    (Kawża C-781/18)

    (2019/C 112/26)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale ordinario di Roma

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Società Italiana degli Autori ed Editori (S.I.A.E.)

    Konvenuta: Soundreef Ltd

    Domandi preliminari

    Id-Direttiva 2014/26/UE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi liġi nazzjonali li tirriżerva l-aċċess għas-suq tal-intermedjazzjoni tad-drittijiet tal-awtur, jew fi kwalunkwe każ il-konċessjoni tal-liċenzji lill-utenti, biss lil suġġetti kwalifikabbli, skont id-definizzjoni tal-istess direttiva, bħala organizzazzjonijiet ta’ mmaniġġjar kollettiv, filwaqt li teskludi dawk kwalifikabbli bħala entità ta’ mmaniġġjar indipendenti, ikkostitwiti kemm fl-istess Stat kif ukoll fi Stati Membri oħra?


    (1)  Direttiva 2014/26/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-immaniġġjar kollettiv tad-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati u ħruġ ta’ liċenzji multiterritorjali ta’ drittijiet f’xogħlijiet mużikali għall-użu onlajn fis-suq intern (ĠU 2014, L 84, p. 72).


    Top