This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0773
Case C-773/18: Request for a preliminary ruling from the Verwaltungsgericht Halle (Germany) lodged on 10 December 2018 — TK v Land Sachsen-Anhalt
Kawża C-773/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2018 – TK vs Land Sachsen-Anhalt
Kawża C-773/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2018 – TK vs Land Sachsen-Anhalt
ĠU C 112, 25.3.2019, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Halle (il-Ġermanja) fl-10 ta’ Diċembru 2018 – TK vs Land Sachsen-Anhalt
(Kawża C-773/18)
(2019/C 112/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgericht Halle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: TK
Konvenut: Land Sachsen-Anhalt
Domandi preliminari
1) |
Iż-żieda a posteriori fil-perċentwali, fil-kuntest ta’ sistema ta’ remunerazzjoni diskriminatorja skont l-età, tikkostitwixxi forma ġdida ta’ diskriminazzjoni meta l-perċentwali ta’ żieda tkun l-istess għal kull skala fi grad, b’tali mod li d-differenza bejn il-persuna diskriminata u l-persuna li ma hijiex ma tvarjax f’termini relattivi iżda tvarja f’termini assoluti? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, din iż-żieda perċentwali hija ġġustifikata għall-etajiet kollha jekk iż-żieda tkun dovuta għall-fatt li r-remunerazzjoni inizjali tkun inqas mill-minimu meħtieġ mill-kostituzzjoni tal-Istat Membru? |
3) |
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/78/KE (1), jipprekludi leġiżlazzjoni li tipprevedi l-preskrizzjoni, wara termimu ta’ xahrejn, ta’ dritt għal kumpens għal remunerazzjoni diskriminatorja skont l-età, meta
|
4) |
Il-fatt li s-sitwazzjoni legali ma hijiex ċara jew hija konfuża huwa rilevanti għar-risposta għat-tielet domanda? |
5) |
Sabiex terminu ta’ dekadenza jibda jiddekorri, huwa biżżejjed li l-grupp ta’ persuni żvantaġġati kienu jafu bid-differenza fit-trattament, jew ir-raġuni għal din id-differenza fit-trattament, jiġifieri l-kriterju ta’ differenzazzjoni, għandha wkoll tkun magħrufa? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79).