EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0764
Case C-764/18: Request for a preliminary ruling from the Tribunal Supremo (Spain) lodged on 5 December 2018 — Ayuntamiento de Pamplona v Orange España, S.A.U.
Kawża C-764/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-5 ta’ Diċembru 2018 – Ayuntamiento de Pamplona vs Orange España S.A.U.
Kawża C-764/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-5 ta’ Diċembru 2018 – Ayuntamiento de Pamplona vs Orange España S.A.U.
ĠU C 112, 25.3.2019, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-5 ta’ Diċembru 2018 – Ayuntamiento de Pamplona vs Orange España S.A.U.
(Kawża C-764/18)
(2019/C 112/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ayuntamiento de Pamplona
Konvenuta: Orange España S.A.U.
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (1), interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja b’rabta mal-impriżi li joperaw fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet mobbli, u, b’mod speċifiku, il-limitazzjonijiet li l-istess direttiva tikkontempla fl-Artikoli 12 u 13 tagħha għall-eżerċizzju tas-setgħa ta’ tassazzjoni tal-Istati Membri, hija applikabbli fil-konfront tal-impriżi li jipprovdu servizzi ta’ telefonija fissa u ta’ internet? |
2) |
Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun fl-affermattiv (u jiġi ddikjarat l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva għall-persuni li jipprovdu servizzi ta’ telefonija fissa u ta’ internet), l-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/20/KE jippermettu lill-Istati Membri jimponu ħlas jew drittijiet ikkwantifikati esklużivament b’rabta mad-dħul gross miksub annwalment mill-impriża, proprjetarja tar-riżorsi installati, fl-okkażjoni tal-provvista tas-servizz ta’ telefonija fissa u ta’ internet fit-territorju korrispondenti? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.