This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0596
Case C-596/18 P: Appeal brought on 21 September 2018 by LS Cable & System Ltd against the judgment of the General Court (Eighth Chamber) delivered on 12 July 2018 in Case T-439/14: LS Cable & System v Commission
Kawża C-596/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn LS Cable & System Ltd mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-439/14: LS Cable & System vs Il-Kummissjoni
Kawża C-596/18 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn LS Cable & System Ltd mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-439/14: LS Cable & System vs Il-Kummissjoni
ĠU C 427, 26.11.2018, p. 23–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 427/23 |
Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2018 minn LS Cable & System Ltd mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-12 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-439/14: LS Cable & System vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-596/18 P)
(2018/C 427/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: LS Cable & System Ltd (rappreżentanti: S. Spinks, S. Kinsella, Solicitors)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
taqta’ definittivament, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u, fuq dik il-bażi, tannulla d-deċiżjoni (1) sa fejn tikkonċerna lill-appellanti u, fl-eżerċizzju tal-kompetenza illimitata tagħha, tnaqqas il-multa imposta fuq l-appellanti; |
— |
jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma kellhiex tagħti deċiżjoni fuq din il-kawża, tirriżerva l-ispejjez u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex teżamina l-kwistjoni mill-ġdid, skont id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja, skont l-Artikolu 184 tar-Regoli tal-Proċedura. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mis-sentenza appellata billi tgħawweġ manifestament is-sens ċar tal-evidenza fir-rigward tat-talbiet tal-appellanti għal proġetti taż-ŻEE.
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mis-sentenza appellata billi ġie konkluż li l-appellanti aderixxiet mal-ftehim tat-territorju tad-domiċilju li jirriżulta mill-parteċipazzjoni tar-rappreżentant tagħha f’laqgħa u li, għaldqastant, il-ġurisprudenza tat-tbegħid pubbliku kienet applikabbli għaliha.
It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mis-sentenza appellata billi ġie konkluż li l-appellanti setgħet tikkonfuta l-preżunzjoni ta’ adeżjoni mal-prinċipju ta’ territorju tad-domiċilju, li tirriżulta mill-parteċipazzjoni tar-rappreżentant tagħha, biss billi “tbiegħed pubblikament” lilha nnifisha fil-laqgħa.
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 2139 finali li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.