This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CN0581
Case C-581/18: Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht Frankfurt am Main (Germany) lodged on 19 September 2018 — RB v TÜV Rheinland LGA Products GmbH and Others
Kawża C-581/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Settembru 2018 – RB vs TÜV Rheinland LGA Products GmbH et
Kawża C-581/18: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Settembru 2018 – RB vs TÜV Rheinland LGA Products GmbH et
ĠU C 427, 26.11.2018, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 427/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Settembru 2018 – RB vs TÜV Rheinland LGA Products GmbH et
(Kawża C-581/18)
(2018/C 427/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Frankfurt am Main
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: RB
Konvenuti: TÜV Rheinland LGA Products GmbH, Allianz IARD S.A.
Domandi preliminari
1) |
Id-destinatarji tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni prevista fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE huma esklużivament l-Istati Membri u l-korpi tal-Unjoni jew ukoll l-individwi (effett dirett orizzontali tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE)? |
2) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE ma japplikax għar-relazzjonijiet bejn l-individwi: l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tipprekludi limitazzjoni tal-kopertura għal dannu li seħħ fi Franza metropolitana u fit-territorji extra-Ewropej Franċiżi, peress li l-awtorità Franċiża kompetenti, il-Bureau central de tarification (l-Uffiċċju Ċentrali tat-Tariffikazzjoni) ma oġġezzjonax għall-klawżola korrispondenti, minkejja li din il-klawżola tmur kontra l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE peress li tinkludi diskriminazzjoni indiretta abbażi tan-nazzjonalità? |
3) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: taħt liema kundizzjonijiet tista’ tiġi ġġustifikata diskriminazzjoni indiretta f’każijiet ta’ effett fil-konfront ta’ terzi? B’mod partikolari: limitazzjoni territorjali tal-kopertura ta’ assigurazzjoni għal dannu li seħħ fi Stat Membru partikolari tista’ tiġi ġġustifikata bl-argument tal-limitazzjoni tal-obbligu ta’ kopertura tal-kumpannija tal-assigurazzjoni kif ukoll tal-ammont tal-primjum, meta l-poloz tal-assigurazzjonijiet ikkonċernati jipprovdu fl-istess waqt li, fil-każ ta’ serje ta’ danni, il-kopertura għal kull każ ta’ dannu u l-kopertura għal kull sena assigurata huma limitati f’termini ta’ ammonti? |
4) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jekk, kuntrarjament għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 TFUE, l-assiguratur ikun kopra biss id-dannu li seħħ fi Franza metropolitana u fit-territorji extra-Ewropej Franċiżi, hemm lok għal projbizzjoni tal-oġġezzjoni li l-ħlas ma setax iseħħ peress li l-kopertura massima kienet diġà ntlaħqet, fil-każ li d-dannu jkun seħħ barra mill-imsemmija territorji? |