Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0543

    Kawża C-543/18 RX: Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla għall-eżami mill-ġdid) tas-17 ta’ Settembru 2018 li tiġi eżaminata mill-ġdid is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) mogħtija fid-19 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-693/16 P, HG vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 427, 26.11.2018, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.11.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 427/12


    Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla għall-eżami mill-ġdid) tas-17 ta’ Settembru 2018 li tiġi eżaminata mill-ġdid is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) mogħtija fid-19 ta’ Lulju 2018 fil-Kawża T-693/16 P, HG vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-543/18 RX)

    (2018/C 427/18)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali

    Rikorrent: HG (rappreżentant: L. Levi, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

    Kwistjonijiet li għandhom ikunu s-suġġett tal-eżami mill-ġdid

    L-eżami mill-ġdid għandu jitratta l-kwistjoni dwar jekk, b’mod partikolari fid-dawl tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Lulju 2018, HG vs Il-Kummissjoni (T-693/16 P, mhux ippubblikata, EU:T:2018:492), tippreġudikax l-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni sa fejn l-imsemmija Qorti Ġenerali, fil-kapaċità tagħha bħala qorti ta’ appell, iddeċidiet li l-kulleġġ ġudikanti li ta s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad-19 ta’ Lulju 2016, HG vs Il-Kummissjoni (F-149/15, EU:F:2016:155), kien kompost b’mod irregolari minħabba irregolarità li kienet taffettwa l-proċedura ta’ ħatra ta’ wieħed mill-Membri ta’ dan il-kulleġġ, li kkawżat ksur tal-prinċipju ta’ qorti legali stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    L-eżami mill-ġdid għandu jirrigwarda b’mod partikolari l-punt dwar jekk, bħal fil-każ tal-atti msemmija fl-Artikolu 277 TFUE, il-ħatra ta’ Mħallef tistax tkun suġġetta għal stħarriġ tal-legalità inċidentali jew jekk tali stħarriġ tal-legalità inċidentali huwiex – bħala prinċipju jew wara d-dekorriment ta’ ċertu perijodu ta’ żmien – eskluż jew limitat għal ċerti tipi ta’ irregolaritajiet sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà ġuridika u l-awtorità ta’ res judicata.


    Top