Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CN0499

    Kawża C-499/18 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2018 minn Bayer CropScience AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fis-17 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-429/13, Bayer CropScience AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 381, 22.10.2018, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 381/12


    Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2018 minn Bayer CropScience AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fis-17 ta’ Mejju 2018 fil-Kawża T-429/13, Bayer CropScience AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża C-499/18 P)

    (2018/C 381/13)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Bayer CropScience AG (rappreżentanti: K. Nordlander, advokat, C. Zimmermann, avocat, A. Robert, advocate, M. Zdzieborska, Solicitor)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Association générale des producteurs de maïs et autres céréales cultivées de la sous-famille des panicoïdées (AGPM), The National Farmers' Union (NFU), Association européenne pour la protection des cultures (ECPA), Rapool-Ring GmbH Qualitätsraps deutscher Züchter, European Seed Association (ESA), Agricultural Industries Confederation Ltd, Kingdom of Sweden, Union nationale de l'apiculture française (UNAF), Deutscher Berufs- und Erwerbsimkerbund eV, Österreichischer Erwerbsimkerbund, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe), Bee Life European Beekeeping Coordination (Bee Life), Buglife – The Invertebrate Conservation Trust, Stichting Greenpeace Council

    Talbiet

    L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-429/13.

    tilqa’ r-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza u tannulla r-Regolament 485/2013 sa fejn jirrigwarda lill-appellanti (1).

    tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-appellanti, u għall-ispejjeż rispettivi tagħha, sostnuti kemm fl-ewwel istanza kif ukoll fl-appell.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet l-iżbalji ta’ liġi li ġejjin:

    L-ewwel aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn iddeċidiet li żieda fil-livell ta’ ċertezza ta’ għarfien xjentifiku preċedenti tista’ titqies li hija għarfien xjentifiku “ġdid” fis-sens tal-Artikolu 21(1) tar-Regolament Nru 1107/2009 (2).

    It-tieni aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Nru 1107/2009 meta ddeċidiet li l-EFSA ma kinitx obbligata li tibbaża l-evalwazzjoni tagħha tar-riskju fuq il-gwida uffiċjali applikabbli fiż-żmien tar-reviżjoni.

    It-tielet aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni li hija għamlet tal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Nru 1107/2009.

    Ir-raba’ aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tiddetermina livell xieraq ta’ ċertezza xjentifika fir-rigward tal-materjalizzazzjoni tar-riskju allegat meħtieġ għall-applikazzjoni tal-miżura ta’ prekawzjoni.

    Il-ħames aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tapplika l-istandards ta’ evalwazzjoni eżawrjenti u preċiża tar-riskju li għandha titwettaq qabel l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ prekawzjoni.

    Is-sitt aggravju: il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddefinixxiet ħażin il-kamp ta’ applikazzjoni u meta injorat ir-rekwiżiti tal-analiżi tal-impatt li trid titwettaq qabel l-adozzjoni ta’ miżuri ta’ prekawzjoni.


    (1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 485/2013 tal-24 ta’ Mejju 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanzi attivi klotijanidin, tijametossam u imidakloprid u li jipprojbixxi l-użu u l-bejgħ taż-żerriegħa trattata bi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom dawk is-sustanzi attivi (ĠU 2013, L 139, p. 12).

    (2)  Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU 2009, L 309, p. 1).


    Top